Il-Verġni Marija: Ix-Xitan Jitlef il-Poter Tiegħu Meta Jingħad ir-Rużarju Tiegħi

Is-Sibt, 25 ta’ Ġunju 2011 @ 15:00

Il-Verġni Marija: Ix-Xitan Jitlef il-Poter Tiegħu Meta Jingħad ir-Rużarju Tiegħi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tal-25 ta’ Ġunju, 2011, fit-3 pm.


Binti, ara li dejjem tibqa’ ffukata fuq Ibni, għaliex Hu jeħtieġ l-attenzjoni tiegħek. Inti trid tpoġġi l-fiduċja kollha tiegħek Fih, u ara li qatt ma tħalli lil xi ħadd ineħħilek għajnejk minn Fuqu.

Hu, ibni, lilek għażlek bħala waħda mill-messaġġiera importanti għal dawn iż-żminijiet, sabiex l-erwieħ mitlufa jiġu Salvati. Qis li tgħid lin-nies sabiex jitolbu r-Rużarju Mqaddes tiegħi, anke lil dawk li mhumiex Kattoliċi, għaliex din hija l-akbar arma kontra l-influwenza tal-Qarrieqi, fejn huwa jibda jitniehed bl-uġigħ meta jisimgħu jingħad. Il-poter tiegħu jiddgħajjef meta wliedi jgħidu din it-talba. Iktar ma wliedi jitolbu r-Rużarju Mqaddes, iktar erwieħ jistgħu jiġu Salvati.

Inti, binti, għandek Missjoni diffiċli ħafna, ħafna iktar diffiċli minn dik ta’ kwalunkwe profeta ieħor fl-istorja. Dan minħabba d-Dlam tal-Ispirtu Ħażin li jinsab fid-dinja. Qatt qabel ma kien hawn dlam ċappa bħal dan, meta wliedi qegħdin jagħtu daharhom lil Ibni, Hu, li miet mewta terribbli sabiex Isalvahom. Madankollu, huma mhux biss insew dan, iżda jagħżlu li jiċħdu l-istess Eżistenza tiegħu. It-talb Lili, l-Omm Imqaddsa tagħkom, iweġġa’ lix-Xitan, fejn jitkexkex u jitlef il-poter tiegħu meta jingħad ir-Rużarju tiegħi. Din hija l-arma li ingħatat Lili, sabiex inkun nista’ ngħin insalva l-erwieħ mitlufa (nies ħajjin), u dan, qabel ma fl-aħħar, Jiena stess, ngħaffeġ ras is-Serp. Qisu li qatt ma tnaqqsu minn din il-qawwa tar-Rużarju, għaliex anke grupp wieħed biss ta’ nies, iddedikati għad-devozzjoni regolari tar-Rużarju Mqaddes tiegħi, jista’ jsalva n-nazzjon tagħhom kollu. Għid lil uliedi sabiex joqogħdu attenti meta jagħtu daharhom lit-talb, għaliex meta jagħmlu dan, ikunu qegħdin iġibu lilhom infushom miftuħa beraħ għall-Qarrieqi, fejn hu mbagħad, jaqbadhom fin-nassa tal-qerq tiegħu bit-taparsi triq sabiħa, iżda perikoluża tiegħu lejn id-Dlam. Ġibu lil uliedi fid-Dawl billi xxerrdu id-devozzjoni lejn ir-Rużarju l-Aktar Imqaddes tiegħi.


Il-Maħbuba Ommkom,
Marija Sultana tal-Paċi


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM