Qis li Tkompli Xerred l-Kelma Tiegħi: Qed Nibgħatlek Ħafna Voluntiera.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-28 ta’ Ġunju, 2011, fis-7.30 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, l-ostakli għalik qed jikbru, u dawn inti trid taqbiżhom meta tbati għalija. It-tentattivi mill-Qarrieqi sabiex iwarrbek minn dan ix-xogħol, qatt ma kienu daqshekk qawwija. Inti trid tibqa’ b’saħħtek u żżomm soda kontra dawn attakki. Kun af li hu, l-Qarrieqi, qatt mhu se jirnexxielu jwarrbek Minni, iżda huwa xorta se jipprova u se jibqa’ jipprova. Din hija waħda mill-aktar fażijiet iebsa fil-Missjoni tiegħek. Hija solitarja, diffiċli u tikkawżalek kemm uġigħ kbir fiżiku kif ukoll uġigħ fir-ruħ. Jeħtieġ li tafda Fija sabiex Ngħinek tirbaħ dawn l-attakki u tagħrafhom għal dak li huma.
Issa binti, ismagħni. Qis li tkompli xxerred il-Kelma tiegħi malajr madwar id-dinja, billi tuża kull għajnuna li Jiena nipprovdilek. Jiena qiegħed nibgħatlek ħafna voluntiera, u x-xogħol tagħhom diġà qiegħed jagħti l-frott.
Kulma għandek bżonn tagħmel issa hu, li inti tkompli tikkomunika l-Kelma tiegħi biex issalva l-erwieħ (nies ħajjin). Ara li qatt ma taqta’ qalbek. Jiena Naf li din hija tentazzjoni għalik, u l-abbużi li trid tissaporti mhumiex faċli għalik. Ħallini Nżommlok idejk sew, u Nmexxik issa lejn il-qawwa li hija meħtieġa minnek. Il-Barkiet tiegħi ġew imxerrda madwarek, sabiex isaħħu l-armatura tiegħek, ħalli xejn ma jfixklek milli tiżgura li d-dinja tkun tista’ tisma’ Leħni.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu