Qerru Dnubiekom Issa: La Tibżgħux

L-Erbgħa, 29 ta’ Ġunju 2011 @ 00:00

Qerru Dnubiekom Issa: La Tibżgħux.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tad-29 ta’ Ġunju, 2011, fis-7 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, l-għajnuna li Jiena bgħattlek, issa sejra xxerred il-Kelma tiegħi b’ħeffa madwar id-dinja, bl-użu tal-komunikazzjonijiet moderni. Qalbi hija mħeġġa bl-Imħabba għal dawn uliedi speċjali, li qamu sabiex iwettqu s-Sejħa tiegħi, għaliex din hija l-armata li se tmexxi lil uliedi.

Il-Barkiet kollha tiegħi, jinsabu jkopru lil kull wieħed u waħda minn dawk li qegħdin jgħinu jġorru s-Salib tiegħi, għall-ġid tal-umanità. L-Ispirtu s-Santu qiegħed jitferra’ fuqhom sabiex jissodhom, ħalli jxerrdu dawn il-Messaġġi bil-qawwa u jħallu impatt kbir .

Uliedi u intom is-segwaċi kollha tiegħi, ftakru ħaġa waħda biss li Jiena rridkom tiffokaw fuqha: Wissu lill-oħrajn sabiex ifittxu jitolbu maħfra qabel it-Twissija l-Kbira. Jeħtieġ li huma jqerru dnubiethom issa, u sabiex ma jibżgħux. Minflok iridu jifirħu. Fadal biss ftit xhur qabel dan l-Att Kbir tal-Ħniena tiegħi. Qisu li ma taħlux ħin. Morru fl-imħabba u l-paċi. Tinħasdux f’dan ix-xogħol. Dan huwa għall-ġid ta’ wliedi kollha. Dawk kollha li qegħdin jaħdmu sabiex ixerrdu l-Verità tiegħi, sejrin jiġu ppremjati għad-devozzjoni u l-fidi tagħhom. Il-Barkiet tiegħi sejrin jipproteġu lil kull wieħed u waħda minnhom, kif ukoll lill-familji tagħhom. Ifirħu issa għax wasal iż-żmien, sabiex id-dinja fl-aħħar tisma’ Leħni bil-mod ta’ kif suppost.


Il-Maħbub Salvatur, Redentur u Sultan tagħkom u tal-Umanità Kollha, Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM