It-Talb Jista’ Jevita d-Disgwid fid-Dinja

Il-Ġimgħa, 1 ta’ Lulju 2011 @ 23:00

It-Talb Jista’ Jevita d-Disgwid fid-Dinja.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-1 ta’ Lulju, 2011, fil-11 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, it-talb u d-devozzjoni Lejja, huma bħal ilma mogħti lil raġel bil-għatx. Meta m’għandekx ilma x’tixtrob, l-għatx tiegħek jibqa’ jiżdied, tant li eventwalment mingħajr ilma xejn, inti tmut. Għal dawk li jafuni, jħobbuni u juru devozzjoni Lejja, tridu tifhmu ħaġa waħda: Jekk intom ma tkomplux tirċievu l-Ġismi u titolbu Lili regolarment, malajr titilfu ix-xenqa tagħkom Għalija. Mingħajr din ix-xenqa, intom titbiegħdu Minni, sakemm raskom iċċedi għat-tentazzjoni tad-dnub imnissla f’moħħkom mix-Xitan (Satana). Mingħajri tassew preżenti f’ħajjitkom, m’intom xejn uliedi.

Oqogħdu attenti l-ħin kollu. It-talb jipproteġikom mid-dnub. Id-devozzjoni tagħkom Lejja, tista’ tiġbed lejkom lill-Qarrieqi, sabiex iwaqqagħkom għaċ-ċajt aktar spiss. Madankollu, mingħajr devozzjoni regolari Lejja, intom tispiċċaw mixjin bla skop f’din id-dinja.

Dawk li jemmnu Fija jafu, li t-talb jista’ jevita ħafna disgwid fid-dinja. It-talb li diġà ntqal minn din il-Viżjonarja, u nies oħra li jkollhom dehriet, naqqas il-perikli immedjati li bħalissa qiegħed jiffaċċja l-Papa Benedittu, iżda dan mhux għal ħafna żmien. It-talb lil Ommi l-Imbierka, jista’ jċaqlaq il-muntanji, idgħajjef l-impatt tal-atroċitajiet krudili, inklużi dawk imbassra, kif ukoll jikkonverti l-midinbin.

Ftakar f’din il-lezzjoni binti: It-talb qisu l-armatura tiegħek kontra l-Qarrieqi. Int, aktar minn kulħadd, trid titgħallem dwar il-ħtieġa tat-talb regolari fil-Missjoni tiegħek. Jeħtieġ li tqatta’ aktar ħin f’riflessjoni siekta Miegħi. Għax meta inti ma tagħmilx dan, id-dixxerniment tiegħek tal-Messaġġi tiegħi jiddgħajjef, u jistgħu jseħħu xi żbalji. Qis li toqgħod attenta binti, meta tirreferi għad-dati tal-profeziji mogħtija lilek. Jekk Jiena Ngħid xhur, dan jista’ jkun fi kwalunkwe żmien ma’ tul is-sena. Ara li qatt ma tħawwad l-interpretazzjoni umana, ma’ dawk tal-iskedi ta’ żmien mogħtija lilek Minni. Jiena ma tajtek l-ebda dati speċifiċi għal avvenimenti, imma linji gwida biss. Dawn il-profeziji se jseħħu, iżda biss bl-Id tal-Missier Etern tiegħi. Afda aktar Fija. It-talb tiegħek u dak tas-segwaċi tiegħi, jista’ jgħin sabiex jitfa’ lura, jew f’xi każijiet, anke jevita diżastri. Qis li inti dejjem tiftakar dan.

Itolbu, itolbu w itolbu. Għaliex meta tagħmlu dan mill-qalb, it-talb tagħkom jinstema’. Itolbu speċjalment għal dawk il-mexxejja dinjija li ħajjithom se tintemm dalwaqt, minħabba atti krudili mimlijin mibegħda. Huma, kif ukoll dawk b’qalbhom iebsa, ħatja tad-delitt kontra l-umanità, huma dawn fuq kollox, li jeħtieġu l-aktar it-talb tagħkom. Itolbu dejjem għall-midinbin, għaliex Jien Inħobb lil uliedi kollha u Għandi bżonn it-talb tagħkom sabiex Insalvhom min-nar tal-Infern.


Ġesù Kristu Taġħkom, li Dejjem Ħanin Magħkom


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM