Il-Battalja li x-Xitan Qiegħed Imexxi Sabiex Igiddeb Dawn il-Messaġġi Qed Tintensifika

Is-Sibt, 2 ta’ Lulju 2011 @ 10:00

Il-Battalja li x-Xitan Qiegħed Imexxi Sabiex Igiddeb Dawn il-Messaġġi Qed Tintensifika.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-2 ta’ Lulju, 2011, fl-10 am.

Maħbuba binti l-għażiża, dan il-perjodu se jkun diffiċli għalik, hekk kif dawn il-Messaġġi jinxterdu mad-dinja. Madankollu, aktar nies sejrin jattakkaw dawn il-Messaġġi u meta jagħmlu dan, jiġu njorati.

Il-Kelma Mqaddsa tiegħi qiegħda tinxtered kif digà Għidt. Issa rrid aktar Nipproklama l-punti prinċipali tal-Messaġġi tiegħi. Inti diġà taf kif għandek tagħmel dan, mela allura ibda mil-lum. Dak li Jiena qiegħed Nitlob minnek huwa diffiċċli, imma inti sejra tingħata aktar għajnuna sabiex tagħmel dan.

Sadanittant, inti ser ikollok bżonn li oħrajn sabiex jitolbu għalik. Dan għaliex il-battalja, li x-Xitan (Satana) qiegħed imexxi biex igiddeb dawn il-Messaġġi, qed tintensifika. Inti qis li titlob għall-protezzjoni kontra l-weġgħat li x-Xitan sejjer jikkaġunalek permezz ta’ nies oħra.

Aċċetta, li din is-sensiela ta’ provi, hija essenzjali sabiex lilek iżżommok fi stat ta’ umiltà. Kun af, li int il-Vuċi tiegħi lid-dinja. Ippromwovi l-Vuċi tiegħi, u ara li inti tagħmel dan, kemm jista’jkun malajr. Jien Inħobbok binti. Serraħ Fuqi kompletament, u tara kif Jien sejjer nerfgħek f’dan kollu.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM