Il-Battalja li x-Xitan Qiegħed Imexxi Sabiex Igiddeb Dawn il-Messaġġi Qegħda Tintensifika

Is-Sibt, 2 ta’ Lulju 2011 at 10:00

Il-Battalja li x-Xitan Qiegħed Imexxi Sabiex Igiddeb Dawn il-Messaġġi Qegħda Tintensifika.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-2 ta’ Lulju, 2011, fl-10 am.


Maħbuba binti l-għażiża, dan il-perjodu se jkun diffiċli għalik, hekk kif dawn il-Messaġġi jinxterdu mad-dinja. Madankollu, aktar nies sejrin jattakkaw dawn il-Messaġġi, u meta jagħmlu hekk, il-Messaġġi jiġu njorati. Il-Kelma Mqaddsa tiegħi qiegħda tinxtered kif digà Għidt. Issa Irrid aktar Nipproklama l-punti prinċipali tal-Messaġġi tiegħi. Inti diġà taf kif għandek tagħmel dan, mela allura ibda mil-lum. Dak li Jiena qiegħed Nitlob minnek huwa diffiċċli, imma inti sejra tingħata aktar Għajnuna sabiex tagħmel dan. Sadanittant, inti ser ikollok bżonn lill-oħrajn sabiex jitolbu għalik. Dan għaliex il-battalja, li x-Xitan (Satana) qiegħed imexxi biex igiddeb dawn il-Messaġġi, qegħda tintensifika. Inti qis li titlob għall-protezzjoni kontra l-weġgħat li x-Xitan sejjer jikkaġunalek permezz ta’ nies oħra. Aċċetta, li din is-sensiela ta’ provi, hija essenzjali sabiex lilek iżżommok fi stat ta’ umiltà. Kun af, li int il-Vuċi Tiegħi lid-dinja. Ippromwovi l-Vuċi Tiegħi, u ara li inti tagħmel dan kemm jista’jkun malajr. Jien Inħobbok binti. Serraħ Fuqi kompletament, u tara kif Jien sejjer Nerfgħek f’dan kollu.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu