L-Atei u x-Xjentisti Sejrin Jgħidu li t-Twissija l-Kbira Kienet Illużjoni.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-3 ta’ Lulju, 2011, fis-6.30 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, inti trid tibqa’ miexja 'l quddiem, tħares dritt quddiemek, kif ukoll issegwi l-Istruzzjonijiet tiegħi. Qis li ma tersaqx fil-ġenb meta tkun qiegħda tiġi attakkata mid-Demonju, kull minuta tal-ġurnata. Ara li tiffoka Fuqi biss. Inti trid titgħallem tifhem, li l-ħin li tqatta’ fil-kumpanija tiegħi, speċjalment fl-Adorazzjoni, huwa essenzjali għalik, jekk inti trid tibqa’ għaddejja sewwa b’din il-Missjoni. It-tul ta’ ħin li inti tqatta’ fit-talb huwa importanti wkoll, għaliex aktar ma tqatta’ ħin f’komunikazzjoni mill-qrib Miegħi, int aktar tirċievi Grazzji. Jekk inti tonqos milli tagħmel dan, ifisser li tkun qed tħalli lilek innifsek miftuħa beraħ għall-attakki tal-Qarrieqi.
Il-Kelma tiegħi binti, qiegħda tiġi injorata minn ħafna nies li ma jridux jisimgħu. Hemm ħafna raġunijiet għal dan. Ħafna minn uliedi llum, għalqu għajnejhom għall-verità tal-eżistenza spiritwali tagħhom. Huma jgħannqu d-dinja u dak kollu li toffri, bħala sostitut għall-Ħobż tal-Ħajja. Ħafna huma wkoll attenti mill-Profeti Foloz, għaliex din hija l-era li fiha l-Profeti Foloz se jitfaċċaw kullimkien.
Din hija l-konfużjoni li x-Xitan (Satana) irid jikkawża sabiex dawk il-Messaġġiera Ġenwini tiegħi, ħadd ma jagħti kashom. Minħabba l-umiltà meħtieġa mill-Viżjonarji Magħżula tiegħi, huma ma jistgħux jeżaltaw lilhom infushom f’għajnejn id-dinja, għaliex mhijiex fin-natura tagħhom. Il-Viżjonarji Foloz, se jimbuttaw lilhom infushom fuq qudiem, sabiex jidhru minn kulħadd. L-attenzjoni tagħhom se tkun iffukata fuqhom infushom. Il-messaġġi tagħhom jistgħu jidhru awtentiċi, b’lingwaġġ iffjurit, u saħansitra fejn jaqblilhom, bi kwotazzjonijiet mill-Bibbja Mqaddsa. Iżda se jkun hemm żewġ aspetti ewlenin għall-messaġġi tagħhom li se jikxfuhom għall-gideb li jgħidu: L-ewwel waħda hija, li huma jkunu ċ-ċentru tal-messaġġi, u kif ukoll li jieħdu pjaċir bl-attenzjoni kollha li jirċievu. Imbagħad fl-aħħar għandek il-messaġġi nfushom. Dawn se jkunu konfużi, diffiċli biex jinqraw u mhux se jħallu impressjoni dejjiema fuq ir-ruħ ta’ minn jismagħhom. Sfortunatament binti, il-Knisja għandha t-tendenza li tinjora l-Viżjonarji Awtentiċi għaliex ikunu jridu juru responsabbiltà f’dawn il-kwistjonijiet.
Minħabba f’hekk, huwa ħafna aktar faċli għall-Knisja tiegħi, li tappoġġja dawk il-messaġġi, li jinkludu kwotazzjonijiet mill-Bibbja Mqaddsa, sabiex tiddikjara li dawn huma awtentiċi. Mhux daqshekk faċli għalihom li jaċċettaw is-sempliċità tat-Tagħlim tiegħi, speċjalment meta llum, ħafna mill-Verità tinħeba wara l-maskra tat-tolleranza. Lanqas ma tiġi aċċettata faċilment it-tħabbira tat-Tmiem taż-Żminijiet, meta minħabba l-biża’ u l-injoranza, dawk il-Qaddejja Sagri tiegħi (is-Saċerdoti) jirrifjutaw li jieħdu l-Kalċi tiegħi u jaġixxu b’responsabbiltà.
Dan huwa l-aktar żmien importanti fl-istorja tad-dinja. Is-sinjali kollha ngħataw lill-Viżjonarji tiegħi matul is-seklu li għadda; madankollu, dawn ġew injorati u mwarrba fil-ġenb u n-nies daħħlu rashom fir-ramel. Huwa preċiżament f’dan iż-żmien, li l-Qaddejja Sagri tiegħi, għandhom jippridkaw dwar l-importanza tar-Ritorn tiegħi fid-dinja. Huma għandhom iħejju l-erwieħ (nies ħajjin) billi jfakkruhom fil-konsegwenzi tan-nuqqas li jsalvaw lilhom infushom, billi jitolbu maħfra għal dnubiethom meta għadhom fuq din id-dinja, għaliex huma ma jistgħux jitolbu maħfra wara l-mewt.
Jiena issa qiegħed Insejjaħ lill-Qaddejja Sagri tiegħi u Nistaqsihom: Għaliex ma tenfasizzawx dan mal-merħla tagħkom? Għaliex ma tiddiskutux b’mod attiv ir-riperkussjonijiet għal uliedi matul il-Kastig il-Kbir? Ma tafux li ħafna minn uliedi se jitilfu ruħhom lill-Antikrist, li diġà qiegħed hawn fid-dinja, lest biex joħroġ hekk kif jasal il-waqt?
Uliedi għandhom jifhmu li t-Twissija l-Kbira, filwaqt li hija Att Kbir ta’ Ħniena, hija biss l-ewwel fażi f’dak li se jkun żmien diffiċli ħafna u ta’ sfida għal uliedi kollha. Għaliex wara dan, dawk il-midinbin ħorox u s-segwaċi ta’ Satana se jiċħdu l-Eżistenza tiegħi.
L-atei sejrin jgħidu, li t-Twissija l-Kbira kienet illużjoni globali. Ix-xjentisti se jfittxu spjegazzjoni loġika, imma mhux se jsibuha. Sadanittant, is-segwaċi tiegħi, se jinqasmu fi tnejn. Miljuni sħaħ sejrin jikkonvertu, imma se jkunu konfużi mill-gideb imxerred mill-Grupp Krudil, l-organizzazzjoni tal-mewt, dik tad-Dinja Waħdanija, li l-għan tagħha huwa li teqred lin-nies mhux importanti, għall-gwadann finanzjarju tagħhom stess.
Uliedi, jekk mhux se jkun hemm nies biżżejjed li jibqgħu fit-triq vera, mela allura mhux se jkun possibbli li jiġi evitat l-impatt tal-Kastig il-Kbir. Għaliex dan se jseħħ meta Alla l-Missier, joħroġ biex iwaqqaf lill-midinbin milli jeqirdu l-Ħolqien tiegħu u lil uliedu. Huwa se jippermetti terremoti ta’ kobor kbir, li d-dinja qatt ma esperjenzat qabel, u vulkani fl-aktar postijiet improbabbli, fejn d-dinja se tidbandal bħal vapur f’baħar imqalleb mingħajr ankra, sabiex iżżommu f’post wieħed fis-sod.
Jekk jogħġobkom uliedi qisu li tħallu t-Twissija l-Kbira ssalvakom ilkoll. Aċċettaw li dan il-miraklu se jgħin sabiex isalva miljuni ta’ nies, li altrimenti kienu jintilfu. Imma għal dawk li ma jridux ibiddlu ħajjithom, dawn se jagħżlu d-Dar tax-Xitan. Mingħajr talb, m’hemm l-ebda tama għalihom, u b’hekk huma jitilfu ċ-ċwievet tal-Ġenna tal-Art il-Ġdida, bħala kastig u konsegwenza ta’ għemilhom. Minflok huma sejrin imorru jinħarqu fin-nar tal-Infern. Kieku kienu jafu fejn qiegħda twassalhom din it-triq il-ħażina, intom taħsbu li kienu jibdlu ħajjithom? Uliedi, jekk jogħġobkom, għinuhom billi tgħidulhom il-Verità. Intom itolbu biex issalvaw ruħhom jekk jibqgħu ma jridux jisimgħu. Għaliex dan huwa biss dak kollu li tistgħu tagħmlu.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
L-Imħallef Ġust u Sultan tal-Ħniena,
Ġesù Kristu