Lil Dawk is-Segwaċi Tiegħi li Jiċħdu Dawn il-Messaġġi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-5 ta’ Lulju, 2011, fis-2.30 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, illum huwa jum speċjali, għaliex huwa Pjaċir tiegħi ngħidlek, li dawk in-nies li l-fidi tagħhom ġiet imsaħħa mill-Messaġġi tiegħi, jistgħu jibqgħu ċerti li r-reċitazzjoni tagħhom ta’ kuljum, tal-Kurunella tal-Ħniena Divina, qiegħda ssalva l-erwieħ. Uliedi m’għandhom qatt jinsew li t-talb, meta jingħad b’sinċerità u mill-qalb, dejjem jinstema’. It-talb dejjem jintlaqa’ u kwalunkwe intenzjoni speċjali titwettaq skont ir-Rieda l-Aktar Qaddisa tiegħi.
Uliedi, jekk jogħġobkom, qisu li komplu bit-talb tagħkom, għaliex dan jgħin sabiex itaffi l-perjodu li ġej tal-Kastig il-Kbir. Missieri, issa lest sabiex jieħu f’Idejh is-Saltna Mqaddsa tiegħu, u hekk jibda r-Renju tiegħu għal darb’oħra, meta titfaċċa l-Ġenna tal-Art il-Ġdida fid-Dinja. Il-ħażen li hawn fid-dinja bħalissa, qatt ma kien daqshekk intensiv. Minħabba l-popolazzjoni ta’ nies enormi dinjija, u l-ħidma tad-Demonju, il-gwerrer issa jinsabu kullimkien. Il-mibegħda murija mill-bniedem għall-bniedem ieħor hija ċara u tinħass sew. Jekk din il-mibegħda hix turija ta’ regħba politika jew kontroll fuq pajjiż minn pajjiż ieħor, ma tagħmilx differenza. Ix-Xitan (Satana) għandu ħafna segwaċi. Huma, is-segwaċi tiegħu, f’ħafna każijiet, mhumiex konxji ta’ kif huwa jinfluwenza kull ħsieb u għemil tal-bniedem, f’kull ħin u matul kull ġurnata.
Li kieku wliedi setgħu jaraw biss in-numru kbir ta’ Demonji preżenti f’dawn il-bnedmin, kienu jaqilgħu l-istonku tagħhom. Dawn id-Demonji jinsabu jippossjedu ħafna minn uliedi, fejn l-uniċi sinjali viżibbli huma l-għemejjel krudili tagħhom. Itolbu u itolbu issa, segwaċi tiegħi, sabiex dawk l-erwieħ mitlufa u msieken, ikunu jistgħu jiġu Salvati matul it-Twissija l-Kbira.
Bejn issa u t-Twissija l-Kbira, kull ma Jiena qiegħed Nitlob minnkom uliedi, huwa t-talb tagħkom, u speċjalment ir-reċitazzjoni tal-Kurunella tal-Ħniena Divina. Missieri se Jsalva l-erwieħ, jekk intom tiddedikaw ruħkom biex tgħidu din il-Kurunella kuljum, preferibbilment fit-3 ta’ wara nofsinhar.
Għal dawk is-segwaċi tiegħi, li jikkundannaw dawn il-Messaġġi, qiegħed Nitlobkom b’ħerqa kbira, sabiex titlobu lill-Ispirtu s-Santu għad-Don tad-Dixxerniment qabel ma tiċħdu l-Kelma Mqaddsa tiegħi. Lil dawk minnkom li tinsulentaw lill-Viżjonarju tiegħi, kif ukoll lil dawk li jirċievu dawn il-Messaġġi, intom tridu tistaqsu lilkom infuskom din il-mistoqsija: Jekk huwa x-Xitan li intom temmnu li qiegħed jinfluwenza dawn il-Messaġġi, mela allura għaliex jistaqsikom sabiex titolbu, biex tfittxu l-maħfra ta’dnubietkom, u saħansitra tirċievu l-Ewkaristija Mqaddsa? Imbagħad intom tkunu tafu li dan huwa impossibbli.
Il-Qarrieqi jinfluwenza lis-segwaċi tiegħi, l-aktar sabiex jinkoraġġihom jiċħdu l-Kelma tiegħi, għaliex huwa jaf sew, li r-rifjut tagħhom tal-Kliem l-Aktar Qaddis tal-Imħabba tiegħi, huwa dak li Lili l-aktar iweġġagħni. Araww li tiċħdu lix-Xitan u t-toroq moqżieza tiegħu issa. Duru Lejja. Jiena qiegħed Nitlobkom bil-ħniena, sabiex ma tħalluhx jinfluwenzakom b’dan il-mod. It-talb tagħkom issa huwa meħtieġ, sabiex insalvaw lil dawn uliedi msieken, li mhux se jirnexxilhom jibqgħu ħajjin waqt it-Twissija l-Kbira.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu