Il-Missier Etern Sejjer Jipprevjeni l-Ordni Dinji Ġdid milli Jwettaq l-Aħħar Persekuzzjoni Fuq Wliedu.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-8 ta’ Lulju, 2011, fit-3.30 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, Jiena Naf li dan ix-xogħol diffiċli qiegħed iħalli l-effett tiegħu fuqek u li inti għandek bżonn tistrieħ għal ġimgħa oħra, imma isma’ x’għandi xi ngħidlek. Għid lil uliedi, sabiex iqumu min-nagħas issa, u jħarsu lejn it-taqlib fid-dinja, fejn il-kriżijiet finanzjarji jinsabu għaddejjin bil-qabda. Għidilhom, li filwaqt li r-regħba tan-nies kienet parzjalment responsabbli biex imliethom bid-dejn, din il-kriżi bankarja kienet ippjanata apposta mill-Ordni Dinjija u Waħdanija. Ħafna nies, meta se jaqraw dan il-Messaġġ, sejrin jitbissmu u jiddubitaw dan il-fatt, imma dawn għandhom ikunu jafu wkoll, li sakemm ma jqumux u jiddefendu d-drittijiet tagħhom, huma sejrin ikunu mġiegħla jirċievu l-Marka tal-Bhima sabiex jieħdu flushom stess.
Munita Dinjija Ġdida Sejra Tiġi Ppreżentata lid-Dinja li Ma Temminx Fija
Il-Munita Dinjija Ġdida, li se tiġi ppreżentata lil komunità li ma temminx Fija, hija mfassla sabiex tikkontrollakom. Imbagħad ladarba jiġri dan, huma jippruvaw iċaħħdukom mill-ikel. Dlament li uliedi ma jaċċettawx din ir-realtà issa, huma mhux se jkunu jistgħu jiddefendu ruħhom meta jispiċċaw taħt il-kontroll tal-Ordni Dinji Ġdid, immexxi minn forzi Masoniċi.
Ippreparaw issa wliedi, għaliex għalkemm it-Twissija l-Kbira sejra tikkonverti miljuni ta’ nies, inklużi dawk leali lejn din l-Ordni Dinjija u Waħdanija, mhux se tkun biżżejjed biex twaqqaf dawn il-qaddejja krudili tax-Xitan (Satana) u l-Antikrist. B’dan il-kontroll ta’ fluskom, intom sejrin ssibuha diffiċli sabiex tiddefendu d-dritt tagħkom għall-proprjetà, l-ikel u l-kura medika; it-tliet affarijiet li dawn se jkunu responsabbli minnhom, jekk intom ma tibdewx topponu bil-qawwa minn issa. Araw li twaqqfu lill-mexxejja tagħkom fejn qegħdin bħalissa. Tħalluhomx jabbużaw minnkom. Jekk ikun hemm nies biżżejjed minnkom, b’għajnejkom miftuħin għal dan il-pjan mostruż u krudil, allura tkunu tistgħu twissu lil ħaddieħor.
Ippjanaw il-Provvisti tal-Ikel Tagħkom Issa
Qisu li tippjanaw il-provvisti tal-ikel tagħkom issa. Kabbru u ixtru żrieragħ li bihom tkunu tistgħu tibqgħu ħajjin. Ixtru muniti tal-fidda jew tad-deheb, sabiex tkunu tistgħu tixtru dak li hu meħtieġ. L-aktar importanti imma hu, li ssibu postijiet fejn bħala grupp, tistgħu tiltaqgħu sabiex toffru s-Sagrifiċċju Mqaddes tal-Quddiesa. Dan għaxliex maż-żmien, il-knejjes tagħkom sejrin jinħarqu għalkollox.
Il-Qaddejja tax-Xitan Huma Bħan-Nemel li Jimmultiplikaw bl-Eluf Tagħhom
Araw li qatt ma taċċettaw il-Marka tal-Bhima, jiġifieri ċ-ċippa tiegħu. Itolbu u itolbu li darkom tingħata l-barkiet speċjali, sabiex tissalvagwardjakom mill-armata, li sejra tipprova tkeċċikom minn djarkom. Il-qaddejja tax-Xitan huma bħal nemel. Huma jimmultiplikaw bl-eluf tagħhom kull siegħa. Intom uliedi, tridu titolbu issa u tiġġieldu din is-sensiela ta’ atroċitajiet li qegħdin jiġu ppjanati mill-Ordni Dinji Ġdid, hekk kif jinsabu mxennqa sabiex jikkontrollaw id-dinja. Ippjanaw sabiex ikollkom xemgħat imbierka fid-djar tagħkom. Aħżnu l-provvisti neċessarji issa, għaliex dawn iżommukom fid-dawl tal-protezzjoni. Jekk intom ma tixtiequx issiru lsiera ta’ din id-duttrina orribbli, allura tridu tippjanaw minn issa. Qisu li tixtru stufi tal-gass sabiex issajru u tisħnu, kutri, ikel imnixxef u fil-laned, pilloli għall-purifikazzjoni tal-ilma u xemgħat, flimkien ma’ santi reliġjużi sabiex isostnu lilkom u lill-familji tagħkom matul il-Kastig il-Kbir, li se jsegwi t-Twissija l-Kbira.
It-talb diġà qiegħed idgħajjef l-impatt tal-Kastig il-Kbir, imma intom uliedi, tridu tkunu għassa l-ħin kollu. Jekk toqogħdu attenti fit-tħejjijiet tagħkom, intom tkunu tistgħu issalvaw mill-bumbardament il-kbir li qiegħed jiġi orkestrat, u li se jkun agħar minn dak li ġara lill-Lhud taħt ir-renju tad-dixxiplu ta’ Satana, Hitler. Araw li tagħtu kas ta’ din it-twissija bil-kalma. Għaliex jekk tippreparaw minn qabel, intom teħilsu lilkom infuskom mill-għadab li qiegħed jiġi ppjanat mill-Ordni Dinji Ġdid. Għal dawk minnkom li huma involuti fl-Ordni Dinji Ġdid, isimgħuni issa: Indmu. Agħtu kas tat-Twissija l-Kbira għal dak li toffrilkom, jiġifieri ċ-ċans li tagħtu daharkom lix-Xitan u l-fjammi tal-Infern.
Parir lill-Qaddejja tal-Knisja
Lill-Qaddejja Sagri tiegħi (is-Saċerdoti), dan huwa dak li Jiena rrid ninfurmakom. Iffissaw għajnejkom Fuqi issa, u itolbu lill-Ispirtu s-Santu sabiex jkollkom sebgħa għajnejn, ħalli tagħrfu lill-Profeta Falz, hekk kif hu juri ruħu fostkom. Imbagħad intom tridu tinġabru fi gruppi, sabiex tiżguraw li wliedi jkunu jistgħu jirċievu l-Ewkaristija l-Aktar Imqaddsa matul il-persekuzzjoni.
Id Missieri issa hija lesta, sabiex tinżel b’saħħa kbira fuq dawk il-mexxejja arroganti u krudili tal-banek, tal-potenzi tal-Punent u tal-Lvant, li jinsabu jippjanaw bil-moħbi, kif sejrin jikkontrollawkom ilkoll. Missieri Etern, sejjer jeqred kollox minn tagħhom, sabiex jipprevjenihom mill-persekuzzjoni finali li qegħdin jippjanaw kontra wliedu. Huwa mhux sejjer jittollerha. Ftakru uliedi, li Alla l-Missier Etern, irid jipproteġikom ilkoll. Il-paċenzja tiegħu issa waslet fl-aħħar. Huwa, sal-aħħar minuta, sejjer jaċċetta lil dawk li jduru Lejh u jitolbuh maħfra. Madankollu, issa Hu jrid iwaqqaf lil dawk ir-reġimi krudili mill-orrur li jridu jikkaġunaw lill-bqija tal-Ħolqien tiegħu.
Huwa minħabba l-Imħabba li għandu għal uliedu li jagħmel dan. Għal dawk li jgħidu li Alla, il-Missier, ma jistax ikun irrabjat għaliex iħobb lil kulħadd, kunu afu dan: Iva, Huwa jinsab irrabjat u r-Rabja tiegħu hija ġustifikata, minħabba l-inġustizzja krudili, li qegħda titwettaq fuq il-familja prezzjuża tiegħu. Għal darb’oħra, Huwa sejjer jgħaqqad lil uliedu kollha, sabiex issa fl-aħħar, jgħixu fil-paċi u għall-eternità kollha.
Ftakru uliedi, sabiex tħarsu lejn is-sinjali ta’ madwarkom: il-kotra ta’ gwerer, in-nuqqas ta’ flus, in-nuqqas ta’ ikel, in-nuqqas ta’ kura tas-saħħa, u aċċettaw li dan huwa xogħol id-Demonju. Mhuwiex xogħol Alla l-Missier Etern. Huwa mhux se jaċċetta aktar din l-imġieba. Kunu grati li qiegħed jieħu azzjoni, għaliex kieku ma jagħmilx hekk, il-Ħolqien tiegħu jinqered. U Hu mhux se jippermetti li jiġri dan.
Il-Maħbub Ġesù tagħkom,
Salvatur tal-Umanità, Feddej tad-Dinja