Araw li ma Tibżgħux, il-Konverżjoni Sejra Toħloq Sens Kbir ta’ Mħabba u Paċi

Il-Ħadd, 10 ta’ Lulju 2011 @ 12:10

Araw li ma Tibżgħux, il-Konverżjoni Sejra Toħloq Sens Kbir ta’ Mħabba u Paċi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-10 ta’ Lulju, 2011, f’12.10 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, għal ħafna minn uliedi li huma mbeżżgħin mill-Messaġġi tiegħi, u li jsibuha diffiċli sabiex jaċċettawhom, jekk jogħġobkom isimgħuni issa: Il-ħażen li qiegħed dejjem jikber fid-dinja, ġej minn idejn il-bniedem minħabba d-dnub. Dan ma jistax ikompli sejjer. Jekk jogħġobkom, araw li ma tagħtux kas, għaliex dan mhux se jbiddel il-pjanijiet li għaddejjin bħalissa, mill-Grupp Krudil Dinji u Waħdieni. Intom uliedi, jeħtieġ li tkunu konxji ta’ dak li qiegħed jiġri. Huwa importanti li kulħadd jiġi mwissi dwar l-azzjonijiet ta’ dan il-Grupp, u l-pjanijiet tagħhom mill-għar li ħolqu, sabiex jikkontrollawkom.


Jekk Jogħġobkom Ilqgħu t-Twissija l-Kbira

It-Twissija l-Kbira tiegħi, l-Att il-Kbir tal-Ħniena, huwa Don ta’ Mħabba kbir ħafna, u għalhekk, jekk jogħġobkom, ilqgħuh għax se jġib konverżjoni kbira. Din il-konverżjoni sejra tkun tant mifruxa, li se toħloq sens kbir ta’ mħabba u paċi, u fejn uliedi se jħossuhom umli quddiem dan l-avveniment kbir. Imbagħad se jkun hemm is-saħħa fin-numri tagħhom. Iktar ma jkun hemm nies li jemmnu fil-Verità, iktar ikun dgħajjef l-impatt tal-Grupp Dinja Ġdida. It-talb, u ħafna talb, jista’ jevita sew il-ħsara li sejrin jippruvaw jagħmlu. Mela jekk jogħġobkom, araw li qatt ma tinsew titolbu r-Rużarju Mqaddes u l-Kurunella tal-Ħniena Divina, għaliex it-tnejn flimkien, sejrin jgħinu sabiex iħassar ħafna minn dan il-ħażen li qiegħed jiġi ppjanat. Morru issa u qisu li ma tibżgħux. Fittxu b’entużjażmu bidu ġdid u paċi ġdida, fejn il-ħażen sejjer jinqered għal dejjem. Din hija l-Wegħda tiegħi lilkom uliedi.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM