Stieden Personalitajiet Distinti Sabiex Ixerrdu l-Kelma Tiegħi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna, Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-13 ta’ Lulju, 2011, fl-4.15 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, meta inti tagħtini dahrek, wara se jkun diffiċli għalik biex terġa’ssibni. Jiena Nifhem dak li inti qegħda taħseb bħalissa, jiġifieri li Jiena qiegħed nagħmillek talbiet diffiċli, imma l-Kelma tiegħi, li trid tingħata lid-dinja, hija tant urġenti, li jeħtieġ li inti tobdini kif diġà tlabtlek. Ftakar li inti ċedejt ir-rieda ħielsa tiegħek Lili binti, li kien rigal mill-isbaħ Lili. Li inti tonora dak ir-rigal mhux faċli għalik, għaliex wara kollox, int biss umana. Issa Jiena qiegħed nerġa’ nsejjaħlek, sabiex tisma’ s-Sejħa tiegħi u tqatta’ aktar ħin fil-Kumpanija tiegħi. Jiena Għandi bżonnok biex tħoss l-Imħabba tiegħi, u mhux biss l-Imħabba li Jiena Għandi għalik, imma li Għandi għal kull iben u bint tiegħi fuq din l-art.
Jien Irrid li s-segwaċi tiegħi jxerrdu l-Kelma tiegħi ta’ Paċi u Armonija mad-dinja kollha. Huma għandhom joffru ruħhom b’mod volontarju kullimkien, sabiex ifakkru lil kulħadd fil-ħtieġa li jippromwovu l-Messaġġi tiegħi ta’ Mħabba. Jekk jogħġbok, itlob lill-kantanti, lill-midja, lill-personalitajiet jew lil kull min jinstema’ u jiġi rispettat, sabiex jisma’ l-Karbiet tiegħi. Ħu l-Kalċi tal-Imħabba tiegħi. Ixrob minnu għaliex se jġiblek is-Salvazzjoni li inti tant tinsab imxennqa għaliha, u mhux biss f’din id-dinja, imma wkoll fil-ħajja li jmiss. Ara li taqsam dan kollu mas-segwaċi tiegħek stess.
Dwar kif għandek tagħmel dan, jiddependi minnek, għaliex dawk li jwieġbu għas-Sejħa tiegħi, sejrin jingħataw id-Don tal-Grazzji meħtieġa sabiex jagħmlu dan ix-Xogħol l-aktar Sagru. Uliedi ftakru dan: Iktar ma jkun hemm minnkom li tqumu issa, sabiex ixxerrdu l-Kelma l-Aktar Qaddisa tiegħi, u tgħidu l-Verità lil kulħadd, iktar sejjer ikun faċli għal uliedi li jgħaddu mill-Kastig il-Kbir, kif ukoll mill-persekuzzjoni li qegħda tiġi ppjanata mill-Ordni Dinji Ġdid.
Il-Messaġġ tiegħi lill-umanità jrid jinstema’, jrid jiġi mixtarr, ħalli mbagħad tittieħed azzjoni sabiex tfakkar lil kulħadd, li jridu jiftħu moħħhom sabiex jaċċettaw l-eżistenza ta’ Alla l-Missier li Jista’ Kollox, il-Qaddis u l-Qawwi, għaliex meta jagħmlu dan, il-paċi terġa’ ssaltan fuq l-art. F’ġieħ is-Sagrifiċċju li Jiena għamilt għalikom ilkoll, permezz tal-Mewt tiegħi fuq is-Salib, isimgħu s-Sejħa tiegħi, u agħmlu dak kollu li tistgħu sabiex tistiednu lil kulħadd li tafu biex jifhem, li Jiena qiegħed Nikkomunika mad-dinja, bħalma sar minn Missieri permezz tal-profeti qabel iż-żmien tiegħi fid-dinja. Ibqgħu sodi. Kunu kuraġġużi. Qisu li titolbu għall-gwida matul il-kruċjata tagħkom, f’Ismi u f’Isem Missieri l-Etern.
Ġesù Kristu,
Sultan tal-Umanità,
Salvatur u Redentur