Il-Messaġġi Tiegħi Se Jwasslu għad-Dmugħ tal-Konverżjoni.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-14 ta’ Lulju, 2011, fis-2.30 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, inti qatt m’għandek tinsa li dawk li jitkellmu f’Ismi, se jiġu mwaqqgħin għaċ-ċajt, sabiex jidhru boloh u jidħku bihom. Dan huwa s-salib li qiegħed nitkellem dwaru. Ara li qatt ma tħossok diżilluża meta jiġri dan.
Ħafna nies bħalissa, qegħdin jisfidaw il-Kelma Mqaddsa tiegħi. Xi wħud ipoġġu mistoqsijiet ġenwini, ħerġin minn imħabbithom għalija, filwaqt li oħrajn huma intenzjonati, sabiex iġagħlu l-Kelma tiegħi tidher bħala bluha, vojta u bla sens. Uliedi jridu jaċċettaw, li issa Jien se Nżid il-komunikazzjonijiet tiegħi magħkom ilkoll, minħabba li ma baqax żmien. Qisu li ma tagħtux kas jekk Kelmti tiġi sfidata, minflok araw li tkunu ferħanin, għaliex għandkom tkunu tafu, li huwa propju meta Jiena Nikkomunika ma’ wliedi b’dan il-mod, li l-ostakli jippreżentaw ruħhom. Dan huwa l-mument li intom tindunaw li huwa Jien stess. Jekk u meta wliedi, huma u jaqraw il-Messaġġi tiegħi, għajnejhom jimtlew bid-dmugħ, allura għandhom ikunu jafu li dan huwa d-dmugħ tal-konverżjoni: Don lil kull wieħed u waħda minnkom permezz tal-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.
Ħafna minn uliedi qegħdin jħossuhom konfużi, minħabba li meta l-Kelma tiegħi tingħata lid-dinja b’dan il-mod, Jien nista’ nħawwad ir-rutina normali tagħhom. Kelmti mhux se ġġib l-hena lil kull ruħ (persuna ħajja) għaliex xi kultant, il-verità tista’ tbeżżagħkom. Jekk huma l-ewwel joqogħdu bilqiegħda u jħallu l-Paċi tiegħi tfawwarhom, billi jissottomettu ruħhom għar-Rieda Mqaddsa tiegħi, huma sejrin jesperjenzaw kuntentizza ta’ vera. Afdaw Fija uliedi. La twaqqfunix. Isimgħu sew dak li Għandi xi Ngħid u Jien Noħodkom fuq il-Vjaġġ tiegħi lejn is-Salvazzjoni ta’ Dejjem.
Ftakru li Alla l-Missier, issa huwa inkarigat mis-Saltna tiegħu, fejn l-ebda bniedem ma jista’ jġarrafha. Kull tentattiv biex jagħmlu dan se jwassal ghall-falliment. Hekk kif il-midinbin ikomplu jinsulentaw Lili u lill-Missier Etern tiegħi, Idu tkun lesta biex Tinżel malajr. Minħabba t-Twissija l-Kbira, Huwa se Jżomm lura sakemm tinkiseb il-konverżjoni. Sadanittant, dawk kollha li ma jaċċettawx il-Verità, għandkom tkunu tafu, li issa fadlilkom ftit żmien biss sabiex tippreparaw ruħkom. Itolbu għal kull wieħed u waħda minnkom, sabiex l-erwieħ ikunu jistgħu jiġu Salvati.
Il-Maħub Salvatur tagħkom, Ġesù Kristu,
Sultan tal-Bnedmin Kollha