Għaqqdu il-Familji Tagħkom Flimkien Sabiex Tgawdu l-Ġenna tal-Art il-Ġdida.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-16 ta’ Lulju, 2011, fil-11 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, meta l-erwieħ (nies ħajjin) jintilfu Minni, dawn jistgħu jidhru minn barra, li huma mimlija ferħ u li qegħdin jgħixu ħajjithom fil-milja kollha tagħha. Madankollu, huma jistgħu ikunu mitlufa Għalija, u dan Lili Jimlini bi Dwejjaq Kbar. Tant hawn nies fid-dinja bħalissa, li jinsabu jgħixu ħajjithom ta’ kuljum, mimlija attivitajiet li jridu jagħmlu, tant jinsabu mpenjati, li jinsew li din id-dinja hija magħmula biss mit-tafal. Li dan iż-żmien li jqattgħu hawn huwa ferm qasir. Li dawk l-affarijiet personali tagħhom, eventwalment kollha se jispiċaw fixxa. Jinsew li meta n-nies imutu, jsiru tafal. Madankollu, r-ruħ tagħhom tibqa’ ħajja u ma tmut qatt. Ir-ruħ tkompli teżisti għall-eternità.
Jiena Qiegħed Ngħidilkom dan kollu issa wliedi, sabiex tgħaqqdu flimkien il-familji u l-ħbieb tagħkom bħala ħaġa waħda u li tkunu qrib Qalbi, għaliex meta intom tagħmlu dan, tgawdu l-Ġenna tal-Art il-Ġdida fid-dinja għal elf sena, u intom xorta sejrin tibqgħu magħqudin. Din hija l-Wegħda tiegħi lilkom ilkoll. Qisu li tgħixu ħajjitkom b’responsabbiltà. Dejjem poġġu l-familji tagħkom qabel kollox, anke fuq din l-art. Imma araw li dejjem tpoġġu l-fiduċja tagħkom Fija. Ġibu Għandi l-familji tagħkom. Jekk ma jiġux minn jeddhom, itolbu Lili u Jiena Nagħtihom l-Inkoraġġiment li jeħtieġu. Jiena dejjem Inwieġeb it-talb li jsir għas-Salvazzjoni tal-erwieħ.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu