Jekk Xi Bniedem Jiddikjara Lilu Nnifsu li Huwa Jien, Dan Huwa Giddieb, Għaliex Jiena Qatt Mhu Se Nuri Lili Nnifsi fil-Bniedem

Il-Ħadd, 17 ta’ Lulju 2011 @ 15:40

Jekk Xi Bniedem Jiddikjara Lilu Nnifsu li Huwa Jien, Dan Huwa Giddieb, Għaliex Jiena Qatt Mhu Se Nuri Lili Nnifsi fil-Bniedem.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-17 ta’ Lulju, 2011, fit-3.40 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, wieħed mill-aktar żminijiet konfużi se jitfaċċa dalwaqt, meta mhux biss dawk li jsostnu li jitkellmu f’Ismi jkunu foloz, iżda saħansitra se jkun hemm dawk, li jiddikjaraw lilhom infushom, li huma Jien Stess. Uliedi jridu jifhmuh dan: Li Jien Ġejt l-ewwel darba bħala Bniedem biex Insalva l-bnedmin kollha mid-dnub. Iżda, din id-darba sejjer Nerga’ Niġi biex Niġġudika. Filwaqt li ħafna nies sejrin jiġu wiċċ imb wiċċ Miegħi, matul it-Twissija l-Kbira, Jiena mhux sejjer Niġi għat-tieni darba qabel il-Jum tal-Ġudizzju.

Kull bniedem li jiddikjara lilu nnifsu li huwa Jien Stess, huwa giddieb. Dawn l-erwieħ (nies ħajjin), u bħal dawn hemm ħafna minnhom binti, m’għandhomx intenzjoni ħażina. Tant jinsabu delużi, li l-Qarrieqi jikkonvinċi lil dawn in-nies, li mhux biss għandhom qawwiet Divini, imma li saħansitra huma l-Iben t’Alla stess Inkarnat. Iżda dan mhux veru, għaliex Jiena qatt mhu se nuri Lili nnifsi fi bniedem ieħor fuq din l-art. Dan qatt ma jista’ jiġri. L-ebda bniedem mhu denju ta’ dan l-unur, u għaliex dan ma ġiex imħabbar minn qabel.

Ħafna nies, issa se jippreżentaw ruħhom u jgħidu li huma Jien Stess, Ġesù Kristu l-Iben t’Alla. Lil dawk l-erwieħ imsejkna Irrid Ngħidilkom dan: Inżlu għarkupptejkom issa, u itolbu lil Alla l-Missier sabiex jipproteġikom mill-Qarrieqi. Hu jrid iħawwadkom sabiex intom imbagħad, mhux biss tħawdu lil uliedi, li jinsabu jistennew ir-Ritorn tiegħi fid-dinja, iżda wkoll taggravaw ir-redikolu li jiftaħru biħ l-atei. Intom mhux biss qegħdin tagħmlu diżunur lil Ismi, iżda bla ma tindunaw, intom qegħdin iddawru lin-nies kontra t-twemmin tagħhom f’Alla l-Missier li Jista’ Kollox.

Hawn Jiena Nixtieq ukoll inwissi lil dawk li jiddikjaraw li qegħdin jagħmlu l-mirakli: Kull min jagħmel dawn l-istqarrijiet, fejn jiddikjara li għandu t-tali setgħat, mhux ġej minn Alla, u dan għaliex hemm biss Alla wieħed, u Hu biss, jew Jiena, Ibnu l-Għażiż, Ġesù Kristu, nistgħu nagħmlu dawn l-affarijiet. Ix-Xitan (Satana), min-naħa l-oħra, wkoll għandu ċerti setgħat. Jista’ joħloq illużjonijiet. Ix-Xitan jista’ jwettaq anke taparsi fejqan mirakoluż, permezz ta’ dawk l-hekk imsejħa faith healers, li l-poteri tagħhom ġejjin mill-okkult, pero huma soluzzjonijiet temporanji, fejn il-mirakli jistgħu biss jidhru li nkisbu. Iżda dan is-suppost fejqan ma jdumx. Ix-Xitan se jwettaq ukoll l-hekk imsejħa mirakli, inkluż viżjonijiet, li ħafna jarawhom fis-sema. Għal darb’oħra, dawn huma biss illużjonijiet u mhux ġejjin minn Alla.

Uliedi, intom, waqt li tippruvaw turu l-lealtà tagħkom Lejja, waqt li tiġu ttantati mill-forzi tal-Demonju kuljum, tridu tiffokaw biss Fuqi u fuq Missieri l-Etern. U qisu li ftakaru, li Jiena ma nimxix fuq din l-art bħala bniedem. Nista’ nkun preżenti fuq din l-art fl-Ispirtu, imma qatt mhu se Nuri Lili Nnifsi f’xi bniedem. Itolbuni għall-gwida kuljum u għad-dixxerniment, sabiex tkunu tistgħu tagħrfu l-gideb mill-Verità.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM