Bħalissa Intom Tinsabu fil-Qalba tat-Tribulazzjoni

L-Erbgħa, 20 ta’ Lulju 2011 @ 23:00

Bħalissa Intom Tinsabu fil-Qalba tat-Tribulazzjoni.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-20 ta’ Lulju, 2011, fil-11 pm.


Binti, kif taf, inti l-aktar viżjonarja improbabbli minħabba n-nuqqas ta’ tagħlim tiegħek dwar kwistjonijiet Qaddisa. Madankollu, inti hija l-Messaġġiera magħżula Minni. Jeħtieġ li tifhem, li inti qatt mhu sejra tkun tista’ tiddefendi l-Messaġġi tiegħi b’xi forma ta’ awtorità, mela allura, qis li tibqa’ siekta u ma tirrispondix meta tintalab tiddefinixxi l-Messaġġi tiegħi.

Inti sejra tiġi provokata u sfidata sabiex tinvolvi ruħek f’argumenti reliġjużi, u speċjalment dawk eskatoloġiċi, iżda m’għandekx tibqa’ twieġeb aktar, jew tagħti l-interpretazzjoni tiegħek stess bħala risposta. Minħabba dan ix-xogħol, inti mhux sejra tingħoġob. L-għira spiritwali se toħroġ minn fost is-segwaċi tiegħi stess, speċjalment it-teologi u dawk li ħajjithom kollha studjaw l-Iskrittura, u għalhekk ibqa’ siekta, għaliex inti m’għandekx it-tagħlim u lanqas, kif għedtlek qabel, l-awtorità Minni sabiex inti tagħmel dan. Segwi biss l-Istruzzjonijiet tiegħi, u żomm kollox għalik innifsek. Wieġeb għal dawk it-talbiet sabiex titlob għal xi ħadd b’kull mezz, u għin sabiex tlaqqa’ flimkien lis-segwaċi u d-devoti tiegħi, li wiegħdu l-appoġġ tagħhom għal dan ix-xogħol.

Iż-żmien issa huwa qasir. Kollox sejjer jiġri malajr. It-Twissija l-Kbira issa hija fil-qrib, u għalhekk ma baqax ħafna żmien sabiex titolbu għal dawk l-erwieħ imsieken, li sejrin jintilfu. Jekk intom tirreċitaw il-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi, u tiddedikawha għal dawk l-erwieħ partikolari (nies ħajjin), ħafna miljuni sejrin jiġu Salvati.

Intom issa uliedi, tinsabu f’nofs dak iż-żmien li jissejjaħ it-Tribulazzjoni, kif kien imbassar fil-Ktieb Imqaddes tiegħi. It-tieni parti, it-Tribulazzjoni l-Kbira sejra tibda kif għidt qabel, fl-aħħar tas-sena 2012. Din it-tħabbira mhix maħsuba sabiex tqanqal xi biża’ fik binti, iżda sabiex jagħmlek konxja tal-urġenza li wliedi jeħtieġ li jitolbu l-Għajnuna tiegħi.

Permezz tat-talb tal-Viżjonarji tiegħi madwar id-dinja kollha, il-qawwa tal-Ordni Dinji Ġdid, immexxi mill-forzi Masoniċi, diġà qiegħed tonqoslu s-saħħa tiegħu u dan jidher ċar f’għajnejkom stess. Ħafna aktar minn dawn l-organizzazzjonijiet globali, imlebilba għall-poter, sejrin jispiċċaw jinżlu għarkupptejhom b'umiltà, hekk kif ikollhom iwieġbu, mhux biss lil Alla l-Missier għall-ħażen tagħhom, iżda wkoll iwieġbu lil dawk li lejhom għandhom responsabbiltà fid-dinja.

Oqgħodu attenti issa w innutaw, kif numru  ta’ gruppi qawwija, sejrin jippruvaw jegħlbu lil xulxin billi jaħbu dnubiethom stess, kif ukoll jaħbu l-verità minn dawk li jibżgħu minnhom għaliex qegħdin f’postijiet għoljin. Huwa permezz tat-talb uliedi, li qiegħed iseħħ dan kollu. Alla l-Missier, issa sejjer jolqot sabiex jikkastiga, lil dawn in-nies, qabel ma jkunu jistgħu jwettqu l-pjan krudili tagħhom, li jinsabu jħejju sabiex jikkontrollaw lil uliedi.

Dan huwa żmien ta’ wġigħ uliedi, għaliex l-influwenza tax-Xitan (Satana) qatt ma kienet daqshekk qawwija daqs bħalissa, f’dawn l-aħħar jiem tar-renju tiegħu fid-dinja. Iġġieldu t-toroq ħżiena tiegħu uliedi, lkoll kemm intom. Ħarsu biss lejn il-ħerba li qiegħed jikkawża, meta jġelled l-istess aħwa bejniethom, iġelled pajjiż kontra pajjiż ieħor, jikkawża mibegħda fostkom ilkoll, u joħloq nuqqas ta’ rispett għall-ħajjet xulxin. U mbagħad, hemm dik il-mibegħda kbira li jqanqal f’uliedi Għalija stess, Lejja, is-Salvatur maħbub tagħhom. Il-mibegħda li jinsab iqanqal għal Missieri, issa laħqet proporzjonijiet epidemiċi. L-akbar forma qawwija ta’ mibegħda murija lejn Missieri, hija dik meta l-bniedem jiċħad l-Eżistenza tiegħu.

Jiena Naf fi żgur dwar l-uġigħ li qegħdin tħossu uliedi, u li jeħtieġ li tiffaċċjaw fid-dinja tal-lum. Ħadd ma jista’ jinjora t-taħwid kbir u inkwetanti, mqanqal mix-Xitan, u mill-miljuni ta’ demonji tiegħu li infiltraw id-dinja kollha. L-Imħabba tiegħi issa, sejra tiġi murija lilkom ilkoll. Permezz tat-Twissija l-Kbira tiegħi, Jiena sejjer Nerġa’ Niġi għal darb’oħra, sabiex Insalvakom permezz tal-Ħniena ta’ Alla l-Missier. Qisu li temmnu fija u fil-Missier Etern tiegħi, u taraw kif ma jkollkomx għalfejn tibżgħu. Imma, jekk tinjoraw dak li qiegħed jiġri bħalissa, intom se tfallu mill-preparazzjoni tagħkom b’mod adegwat.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM