L-Ebda Bniedem Mhu Se Jonqos Milli Jisma’ l-Kelma ta’ Ibni Qabel Ma Jasal iż-Żmien għar-Ritorn Tiegħu

Is-Sibt, 23 ta’ Lulju 2011 at 17:15

L-Ebda Bniedem Mhu Se Jonqos Milli Jisma’ l-Kelma ta’ Ibni Qabel Ma Jasal iż-Żmien għar-Ritorn Tiegħu.
Mill-Ktieb tal-Verità. It-tieni Messaġġ mill-Maħbub Missierna fis-Smewwiet, Alla l-Aktar Għoli, lil Marija Ħniena Divina, tat-23 ta’ Lulju, 2011, fil-5.15 pm.


Jiena Niġi f’Isem Ibni l-Maħbub u l-Prezzjuż Tiegħi, Ġesù Kristu. Binti l-Magħżula tiegħi, minkejja li xi kultant inti tmajna fl-attenzjoni tiegħek għas-sejħa ta’ Ibni l-Għażiż, sabiex tisimgħu jitkellem, inti kbira f’Għajnejja minħabba r-rigal li inti tajtu. Dan ir-rigal tiegħek, li ssir ruħ vittma, sabiex tgħin ħalli ssalva miljuni ta’ erwieħ (nies ħajjin), iġġiegħl lil Ibni Jibki bil-ferħ u s-serħan. Għaliex tant erwieħ qegħdin jintilfu fin-nar tal-Infern kuljum, ma’ kull sekonda li tgħaddi u ma’ kull nifs li tieħu. Ibni Jeħtieġ is-sottomissjoni totali tiegħek issa binti. Toqgħodx taħsibha sabiex tobdi kull Kmand Tiegħu. Qalbek tinsab mimlija mħabba u kompassjoni, mhux biss għal Prezzjuż Ibni, iżda għal uliedi kollha. Imbierka mill-Ispirtu s-Santu, inti issa qegħda tħoss imħabba immedjata għal barranin, fejn fihom tara d-Dawl tiegħi. Inti binti, issa ngħatajt il-Grazzji sabiex tagħraf, kemm l-imħabba kif ukoll il-ħażen f’kull persuna. Inti sejra tkun tista’ taqra wkoll malajr id-dnub fl-erwieħ imsieken li huma mqarqa.

Minħabba dan ix-Xogħol tiegħek, int issa jeħtieġ li tkopri lilek innifsek b’kull forma ta’ protezzjoni. Jiena binti, sejjer Nipproteġi lilek u lil dawk li tħobb, għaliex issa int sejra tiġi attakkata b’mod aktar vjolenti mid-Demonju. Qis li issa titlobni u tistaqsini għal din il-Protezzjoni kuljum, sabiex teħles mill-intensità tal-persekuzzjoni. Issa ara li ssejjaħli ħalli Ngħinek ixxerred dawn il-Messaġġi sabiex Leħen Ibni jinstema’ u jiġi meqjum bil-mod ta’ kif suppost. Għażiza Messaġġiera tiegħi, binti, inti għad għandek ftit għarfien dwar x’inhu meħtieġ minnek. Jista’ jingħatalek biss ftit informazzjoni kull darba. Int issa sejra tkun ispirata Minni u sejra twettaq, bil-Gwida tiegħi, il-Profeziji mħabbra minn-qabel, meta l-Kelma ta’ Ibni sejra tinfirex bħall-Evanġelju Mqaddes lill-umanità.

L-ebda bniedem mhu se jonqos milli jisma’ l-Kelma ta’ Ibni qabel ma jasal iż-żmien għar-Ritorn Tiegħu. Int ingħatajt dan il-Kompitu u għal dan ir-Rigal trid tbaxxi rasek b’apprezzament għal din it-talba Glorjuża mis-Smewwiet. Binti, inti sejra tkun assistita b’kull mod, imma trid tobdi lil Ibni l-ħin kollu. Qum issa binti, għax il-bniedem jeħtieġ li jisma’ l-Kelma ta’ Twissija, li Ibni jinsab Ixandar, sabiex l-erwieħ ma jkollhomx għalfejn isofru t-turmenti tal-Infern, jekk dawn imutu fid-dnub il-mejjet, mingħajr ma l-ewwel jingħataw iċ-ċans li jiġu Mifdija minn Ibni, matul it-Twissija l-Kbira. Qis li issa tħalli l-Paċi Tiegħi tkopri lir-ruħek. Qalbi Taħkem kull pass li inti tieħu. Ara li qatt ma taħseb li tinsab waħdek f’dan ix-Xogħol, għaliex inti qegħda tiġi Ggwidata ma’ kull minuta tal-ġurnata.


Alla l-Missier