Awissu 2011: Ix-Xahar Dedikat għas-Salvazzjoni tal-Erwieħ.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-23 ta’ Lulju, 2011, fil-5.30 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, inti tant tagħmilni Ferħan. L-abbandun totali tiegħek issa jfisser, li Jiena nista’ Nsalva aktar erwieħ kullimkien (nies ħajjin). Inti Ruħ Vittma binti, imma t-tifsira sħiħa tagħha, mhix ċara għal kollox għalik, għalkemm maż-żmien se tkun taf. Sa dakinhar, inti tant sejra tkun b’saħħtek, li t-tbatija tieġħek Għalija se ġġiblek il-ferħ u mhux id-dwejjaq. Mhux se jkun faċli, imma madankollu, il-ħidma tiegħek Għalija, is-Salvatur Maħbub tiegħek, ma tistax tkun faċli.
Kien bir-Rieda ta’ Alla, il-Missier Etern tiegħi, li inti ġejt imħeġġa tagħmel dan is-sagrifiċċju aħħari Għalija. Din hija Grazzja speċjali ħafna binti, għalkemm mhux se tidher li hija hekk f’termini umani, għaliex il-Grazzji tiegħi, mhux dejjem intenzjonati li jġibu l-ferħ u l-hena f’ħajtek. Jistgħu jġibu tbatija, imma fl-istess ħin, jipprovdulek lemħa reali tas-Saltna Glorjuża tiegħi.
Ħafna u ħafna nies fid-dinja, jinsabu jiffurmaw l-Armata Prezzjuża tiegħi. Huma, permezz tat-talb, it-tbatija personali, u t-tixrid tal-Kelma tiegħi, qegħdin Isalvaw l-erwieħ. Iktar ma tkun b’saħħitha l-Armata tiegħi sabiex Issalva l-erwieħ, inqas sejjer ikun l-impatt tal-Kastig il-Kbir.
Jiena qiegħed Nitlob lil uliedi kollha, sabiex iqattgħu x-xahar ta’ Awwissu, jitolbu l-Kurunella tal-Ħniena Divina kuljum, għal dawk l-erwieħ mitlufa, u li mhux se jirnexxilhom jobqgħu ħajjin waqt it-Twissija l-Kbira. Huwa meħtieġ ukoll, ġurnata sawm fil-ġimgħa, kif ukoll l-attendenza għall-Quddiesa ta’ kuljum, u li tirċievu l-Ewkaristija l-Aktar Imqaddsa tiegħi.
Jekk ikun hemm nies biżżejjed minnkom li tagħmlu dan, f’dak li Jien qiegħed Insejjaħ ix-xahar dedikat għas-Salvazzjoni tal-Erwieħ, allura miljuni ta’ erwieħ sejrin jiġu Salvati madwar id-dinja kollha. Agħmlu dan Għalija uliedi, u intom issiru parti mis-Saltna Glorjuża tiegħi. L-erwieħ tagħkom, fil-punt tal-mewt, jingħaqdu Miegħi fil-Ġenna. Dik hija l-akbar Wegħda Solenni tiegħi. Inħobbkom uliedi. Morru issa, u ffurmaw l-aktar armata qawwija fid-dinja: l-Armata tal-Imħabba; l-Armata tas-Salvazzjoni.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ir-Redentur tal-Umanità,
Ġesù Kristu