Alla l-Missier Se Jeqred il-Pjan Sabiex Ineħħu l-Munita tal-Pajjiżi

Il-Ħadd, 24 ta’ Lulju 2011 @ 23:00

Alla l-Missier Se Jeqred il-Pjan Sabiex Ineħħu l-Munita tal-Pajjiżi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-24 ta’ Lulju, 2011, fil-11 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, id-devozzjoni u l-lealtà tas-segwaċi tiegħi Lejja, u lejn Missieri l-Etern, diġà qegħdin jagħmlu differenza kbira. Intom uliedi, għandkom tkunu tafu, li d-devozzjoni tagħkom, qegħda tkebbes fjammi tant kbar f’Qalbi, li tinħass qisha sejra tixpakka bl-Imħabba għalikom. Is-sema issa tinsab tifraħ, għall-mod kif intom, uliedi l-għeżież, tonorawni b’tant passjoni u devozzjoni. Intom tafu ġewwa ruħkom, li huwa Jiena li qiegħed Nitkellem. Jien, li nġib sentimenti ta’ tant imħabba u tenerezza f’qalbkom.

Jiena Għandi Messaġġ għalikom ilkoll uliedi: li intom issegwu l-Kelma Divina u l-aktar Qaddisa tiegħi fuq dan is-sit elettroniku. F’dinja moderna, hekk jeħtieġ li Nikkomunika. Dan u kanali oħra ta’ komunikazzjoni, sejrin jintużaw biex jiżguraw, li l-Kelma tiegħi tinstema’ u tinħass mill-fidili kollha tiegħi, minn dawk li ma jemmnux Fija u minn dawk li ma jafuni xejn.

Jekk jogħġobkom, kunu afu, li kull sforz li tagħmlu mill-imħabba tagħkom Għalija, qiegħed ikollu impatt. Jiena Nisma’ lil kull wieħed u waħda minnkom. Jiena Naf il-ferħ li Ġibt f’ruħkom. Jiena Nilqa’ l-mod kif xogħolkom qiegħed ixerred il-Kelma tiegħi. Jiena sejjer nippremja lil kull wieħed u waħda minnkom bi Grazzji u Favuri speċjali. Jekk jogħġobkom, itolbuni sabiex Nisma’ t-talb tagħkom. Ejjew għandi. Jiena se Nisma’ l-għajta tagħkom.

Diġà, il-ħidma tal-Ordni Dinji Ġdid, qegħda tibda titfarrak. Dan qiegħed jiġri minħabba t-talb, jiġifieri bit-talb tagħkom. Alla l-Missier Etern, sejjer jeqred lil dawk li jkomplu jwettqu l-pjan tal-waħx tagħhom, sabiex iwaqqgħu l-munita tal-pajjiżi fid-dinja, u jeħilsu mill-mexxejja politiċi tagħhom. Id Missieri issa se tkompli tolqothom sabiex tipproteġikom, uliedi.

Jekk jogħġobkom, Jiena qiegħed Insejħilkom ilkoll, sabiex tgħidu lil kemm jista’ jkun għaqdiet influwenti, inkluż il-midja, dwar dawn il-Messaġġi. Ħafna minnhom sejrin iqisukom, bħala nies diżillużi meta titkellmu dwar dawn il-Messaġġi. Qisu li ma tibżgħux, għaliex il-Grazzji li sejrin tirċievu f’dan ix-xogħol, huma bil-bosta akbar mill-abbuż inizjali li se jkollkom tissaportu.

Ibqgħu mexjin 'l quddiem issa maħbubin uliedi, bl-imħabba u l-ferħ f’qalbkom. Għaliex il-Kelma tiegħi għandha tintlaqa’ tajjeb. Fl-aħħar sejrin tkunu tafu, li Jiena nkun Miexi magħkom, sabiex inkun nista’ Nsaħħaħ ir-rabtiet ta’ Mħabba għas-segwaċi kollha tiegħi, li Jiena Għażilt sabiex ikunu qrib Qalbi Mqaddsa. Kunu afu, li d-Demm Prezzjuż tiegħi, mxerred minn rajja, għal kull wieħed u waħda minnkom, sabiex tkunu tistgħu tiġu Salvati, ikoprikom kuljum.

Intom l-Armata Maħbuba tiegħi u flimkien, sejrin inqumu sabiex inġibu lura lil ħutkom kollha, fid-Dar Glorjuża tagħhom. Jien Inħobb u Ngħożż lil kull wieħed u waħda minnkom ulied. Araw li qatt ma tinsew, li meta titolbu Lili kuljum, tgħidu din it-talba:

O Ġesù Prezzjuż tiegħi, ħaddanni f’Dirajk, u ħalli ’lrasi tistrieħ fuq Spallejk, sabiex tkun tista’ tqajjimni għas-Saltna Glorjuża tiegħek, meta jkun il-waqt. Ħalli d-Demm Prezzjuż tiegħek jinżel fuq qalbi, sabiex insiru magħqudin ħaġa waħda. Ammen.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM