Ix-Xitan M’Għandux Saħħa Kontra s-Segwaċi Devoti Tiegħi

It-Tnejn, 25 ta’ Lulju 2011 @ 09:00

Ix-Xitan M’Għandux Saħħa Kontra s-Segwaċi Devoti Tiegħi.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-25 ta’ Lulju, 2011, fid-9.00 am.


Maħbuba binti, b’ferħ kbir, għal darb’oħra irrid Ngħidilkom, dwar il-konverżjoni li qegħda isseħħ bħalissa fid-dinja, u dan waqt li aktar atroċitajiet qegħdin jitwettqu mill-bnedmin, influwenzati mix-Xitan (Satana), u kif iżjed minn uliedi bdew jistaqsu dwar il-kwantità u l-intenzjoni ta’ qtil, li issa huwa prevalenti fid-dinja tagħkom. Hekk kif aktar ħażen qiegħed jiġi ppreżentat lilkom, hekk ukoll wieħed aktar jirrealizza li x-Xitan, fil-fatt jeżisti. Għal dawk li ma jemmnux li jeżisti, Ħalluni mela nispjega kif tistgħu tagħrfu l-għemejjel krudili tiegħu.

Kull darba li wliedi jiġu wiċċ imb wiċċ ma’ qtil, suwiċidju, gwerra, korruzzjoni ta’ dawk fil-gvern u ta’ dawk fil-poter, regħba, arroganza u inġustizzji, mela kunu afu, li dawn l-għemejjel huma l-manifestazzjoni tax-Xitan. Id-Demonju issa jinsab iddisprat, sabiex jivvelena l-imħuħ ta’ wliedi. Huwa se jagħmel dak kollu li jista’ f’dan iż-żmien fl-istorja, meta issa tant hija intensiva r-rabja tiegħu. Intom uliedi, intom il-mira tiegħu. Hu jsibha faċli li jinfetta l-erwieħ (nies ħajjin), li jippermettu lilhom infushom jinfetħu beraħ għall-influwenza tiegħu, jigifieri dawk li kontinwament ifittxu l-glorja tagħhom infushom fid-Dinja. Minn naħa l-oħra, d-Demonju qiegħed isibha dejjem aktar diffiċli li jrażżan l-ispirtu tas-segwaċi devoti tiegħi. Tant huma mberkin permezz tad-Don tal-Ispirtu s-Santu, li x-Xitan, ma jista jagħmel xejn kontrihom. Għal dawk kollha li jobdu l-Istruzzjoni tiegħi tat-talb, huma se jsiru iżjed b’saħħithom, kemm fil-moħħ u kemm fl-ispirtu tagħhom.

Imbagħad, ma jkun jimpurtahom xejn, jekk ix-Xitan jattakkahomx b’rabja kbira jew le, minħabba li t-tarka tal-armatura tagħhom tkun tant b’saħħitha. Dan ma jfissirx li mhux se juża kull metodu sabiex iħajjarkom għad-dnub permezz tal-ġibdiet tal-ġisem. Dan ma jfissirx li mhux se jweġġagħkom billi jfesfes f’widnejn dawk qrib tagħkom u f’widnejn ta’ dawk li tħobbu.

Ibqgħu sodi, segwaċi tiegħi, għaliex se jkun permezz tal-ħila tagħkom li hu sejjer jitgħaffeġ għal dejjem. Hu, uliedi, se jkun bla forza, hekk kif il-konverżjoni tkompli tinfirex. Għaliex kif jista’ jġegħelkom tixorbu mil-kalċi tal-krudeltà tiegħu, mimli mibegħda għall-umanità, meta ma għandkomx għatx biex tixorbu mill-wegħdiet fiergħa kollha tiegħu? Iktar ma tkunu b’saħħitkom inqas sejjer idejjaqkom.

Mela kunu afu issa, li meta taraw l-inkwiet fuq skala globali, jkun hu, il-Qarrieqi, li qiegħed jaħdem. Is-segwaċi tiegħi issa qegħdin jindunaw mill-ewwel bil-krudeltà tax-Xitan, meta x-xogħol tiegħu huwa tant ovvju. Itolbu li ħutkom ukoll jindunaw bl-għemejjel diżastrużi tiegħu u jagħrfuhom għal dak li huma. Huwa biss meta dawk li ma jemmnux Fija, fl-aħħar jaċċettaw li x-Xitan jeżisti, meta huma jduru Lejja għar-refuġju. Itolbu issa għal konverżjoni tad-dinja, il-konverżjoni li se sseħħ, mhux biss minħabba t-Twissija l-Kbira, iżda minħabba l-Verità.


Il-Maħbub Għalliem u Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM