Sejħa lil Qassisin u s-Sorijiet fil-Knisja Kattolika Rumana

It-Tnejn, 25 ta’ Lulju 2011 @ 21:00

Sejħa lil Qassisin u s-Sorijiet fil-Knisja Kattolika Rumana.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-25 ta’ Lulju, 2011, fid-9 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, l-kelma issa qegħda tinfirex malajr kif imbassar, dwar it-Twissija l-Kbira. L-imsieken Qaddejja Sagri tiegħi (is-Saċerdoti) qegħdin isofru, binti. Jekk jogħġbok, itlob lil kull min jaqra dawn il-Messaġġi tiegħi, sabiex jitolbu bil-qawwa għal dawk kollha li huma Saċerdoti, Qassisin, Sorijiet, Kappillani, u dawk kollha li jmexxu l-kongregazzjonijiet Insara madwar id-dinja.

Il-Knisja Kattolika tinsab ippersegwitata ħafna aktar mill tiflaħ. Ix-Xitan (Satana) u l-armata tiegħu attakkaw il-Knisja Kattolika Rumana permezz ta’ infestazzjoni. Hija x-xewqa tiegħu, li jdgħajjef il-Knisja tiegħi permezz tal-ħażen tal-abbuż mill-Kleru, li wassal għal din is-sitwazzjoni terribbli.

Dawk l-imsieken tfal li sofrew abbuż sesswali, ġew attakkati mid-demonji tax-Xitan li kienu preżenti f’dawk il-Qaddejja Sagri, u li ħallew lilhom infishom jintrebħu mix-Xitan. Ix-Xitan jinsab jippassiġġa fil-Knisja tiegħi għaliex irid iwassal għall-qerda tagħha. Fir-rigward tas-Sorijiet u l-Qassisin innoċenti u msieken tiegħi, dawn wkoll huma vittmi tal-preġudizzju minn idejn dawk li jwaħħlu fihom id-dnubiet ta’ ħaddieħor.

Il-Karba tiegħi lil maħbuba Qassisin, Sorijiet u Qaddejja Sagri tiegħi hija din: Qisu li ma taqtgħux qalbkom. Ftakru, li permezz tal-provi tagħkom sejrin tqumu f’Għajnejja, jekk taslu biex tissaportu dawn il-preġudizzji. Ħalluni issa nixxuttalkom id-dmugħ minn għajnejkom, għaliex tant tinsabu ppersegwitati, u dan b’mod li qatt qabel ma esperjenzat bħalu l-Knisja tiegħi. Intom, il-qaddejja maħbuba tiegħi, intom l-appostli tiegħi, u araw li qatt ma taqtgħu qalbkom minn dawn il-pressjonijiet esterni. Intom qatt m’għandkom taqtgħu qalbkom mis-sejħa tagħkom li timxu warajja. Għaliex għandkom tiftakru, li hija Jien il-Knisja tagħkom. Jiena Nibki dmugħ ta’ dwejjaq kbar għalikom. Intom issa qegħdin tbatu minħabba d-dnubiet ta’ ħutkom li ċedew għax-Xitan. Itolbu, itolbu u itolbu issa għall-kuraġġ, sabiex tqumu bil-wieqfa b’dinjità ħalli x-xandru l-Kelma Mqaddsa tiegħi.

Jiena Għandi bżonn l-appoġġ tagħkom, issa aktar minn qatt qabel. Jiena Għandi bżonnkom tamministraw is-Sagramenti lil kongregazzjoni li tinsab mejta bil-għatx u diżilluża. Jekk jogħġobkom, titilqunix, speċjalment issa f’dan iż-żmien meta x-Xitan infiltra l-Knisja Nisranija bil-qaddeja tiegħu.

Issa duru Lejja u itolbuni bis-sħiħ sabiex issalvaw lilkom infuskom mill-Profeta Falz, li jinsab miexi fil-kurituri tal-poter fil-Vatikan. Huwa dalwaqt iqum. Araw li ma ddurux lejh, għaliex inkella tintilfu Minni għal dejjem. Din hija l-Wegħda tiegħi: Inżlu għarkupptejkom b’umiltà u sejħu lill-Ispirtu s-Santu sabiex idawwal lir-ruħkom, ħalli tkunu tistgħu tiddistingwu l-Verità mill-gideb, li sejrin tkunu mġiegħla tibilgħu mill-Profeta Falz.

Qisu li qatt ma ssiru diżillużi bil-provi li qegħdin tissaportu bħalissa. Aċċettawhom għal dak li huma joffrulkom: jiġifieri, saħħa tal-moħħ u tar-ruħ. Imbagħad intom tmexxu lil uliedi lejn l-Aħħar taż-Żminijiet b’umiltà, b’dinjità u bil-qawwa. Kunu kuraġġuż issa. Jiena qiegħed Niggwidakom. Duru Lejja issa u itolbuni għal Grazzji Speċjali, sabiex jissodawkom fil-Missjoni Divina tagħkom.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM