Messaġġ mill-Verġni Marija: ir-Ruħ Vittma

Il-Ħamis, 28 ta’ Lulju 2011 @ 14:25

Messaġġ mill-Verġni Marija: ir-Ruħ Vittma.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tal-14 ta’ Lulju, 2011, fis-2.30 pm.


Binti, b’ferħ kbir ġejt ħalli niggwidak fil-Missjoni tiegħek li tgħin lil Ibni l-Maħbub, Ġesù Kristu, sabiex Isalva aktar erwieħ. L-aħħar ċediment tiegħek biex toffri lill-Aktar Għoli, Alla l-Missier, il-fehma tiegħek li ssir ruħ vittma huwa aċċettat b’ferħ kbir fis-Smewwiet.

Inti binti, issa sejra tgħin issalva lil dawk l-erwieħ li kieku kienu destinati għall-belliegħa tad-dlam. Din l-offerta tiegħek, se tiġi ppremjata bi Grazzji Speċjali sabiex jagħtuk is-saħħa li tissaporti l-provi b’aktar faċilità. L-ispirtu tiegħek binti, issa se jissaħħaħ sabiex kwistjonijiet relatati mad-dinja materjalista, ma jkunix jimpurtaw ħafna f’għajnejk.

Ara li dejjem sejjaħli Lili, Jiena Ommok u l-Parrina tiegħek, sabiex inwasslek fi Ħdan Ibni l-Maħbub u l-Prezzjuż, Ġesù Kristu u Alla l-Aktar Għoli. Itlob issa sabiex tipprepara b’mod adegwat ħalli tikkonsagra lilek innifsek kif suppost għal din l-isfida importanti. Jiena dejjem sejra Ngħattik bil-Mant Imqaddes tiegħi ħalli int binti ħelwa, dejjem tkun qrib Qalbi.


Il-Maħbuba Ommok,
Sultana tal-Anġli


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM