Itolbu għall-Erwieħ ta’ Dawk li Jinsabu Jiffaċċjaw il-Kundanna u li Mhux se jibqgħu Hajjin Waqt it-Twissija l-Kbira.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-28 ta’ Lulju, 2011, fit-3.30 pm.
Binti, dwar in-nixfa spiritwali li inti kont għaddejja minnha f’dawn l-aħħar jiem, meta sibtha impossibbli biex titlob, kien il-Qarrieqi, li kien qiegħed jipprova jiġbdek 'il bogħod Minni. Issa li inti tajt il-wegħda finali tiegħek lil Missieri Etern, li ssir ruħ vittma sabiex tgħinni Nsalva l-erwieħ (nies ħajjin), issa inti sejra tiġi offruta protezzjoni speċjali mill-Qarrieqi milli jtelliflek l-attenzjoni tiegħek.
Issa huwa ż-żmien sabiex isir ammont kbir ta’ talb, f’dan l-aħħar ċans tagħkom uliedi, ħalli tgħinu ssalvaw dawk l-erwieħ li mhux se jibqgħu ħajjin waqt it-Twissija l-Kbira. Jekk jogħġobkom, qisu li tagħtu widen għas-Sejħa tiegħi, sabiex titolbu bis-sħiħ għal dawk l-ulied mitlufin u msieken matul ix-xahar ta’ Awwissu, ix-xahar magħżul bħala x-Xahar Għas-Salvazzjoni tal-Erwieħ. Xerrdu l-kelma lill-gruppi ta’ talb kullimkien, sabiex isegwu l-Istruzzjonijiet tiegħi, jiġifieri li jattendu għall-Quddiesa ta’ kuljum, jirċievu l-Ewkaristija ta’ kuljum, u jagħmlu ġurnata sawm fil-ġimgħa matul dan ix-xahar kollu. Araw li ma jfetlilkomx taħsbu li din il-qawwa tat-talb tagħkom ma tiswiex għas-salvazzjoni tal-erwieħ.
Ibdew l-ewwel billi titolbu għal dawk il-membri tal-familja tagħkom, li jinsabu jgħixu fid-dnub il-mejjet, jew li ma jemmnux Fija. Imbagħad inkludu l-ħbieb tal-qalb u konoxxenti li taw daharhom lit-Tagħlim tiegħi minn jeddhom, u li qegħdin jikkaġunaw inġustizzja fuq ħaddieħor. Dawn jeħtieġu t-talb tagħkom issa.
Dan huwa ż-żmien għar-riflessjoni tagħkom fil-kwiet, hekk kif qiegħed joqrob il-jum tat-Twissija l-Kbira. It-talb u devozzjoni fis-skiet u bla interruzzjoni huma meħtieġa u Jiena hawnhekk qiegħed Nikkmanda lil-Qaddejja Sagri tiegħi kullimkien (is-Sċerdoti) sabiex imexxu lil uliedi ħalli jitolbu għall-erwieħ tal-ikkundannati (*). It-talb biss issa jista’ jgħinhom, speċjalment bir-reċitazzjoni tal-Kurunella tal-Ħniena Divina tiegħi. Ingħaqdu fl-imħabba għalija.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu
(*) Nota: Meta l-Viżjonarja kitbet dan il-Messaġġ, hija assumiet li t-terminu, “l-erwieħ li jiffaċċjaw il-kundanna” kien l-istess bħal, “l-erwieħ tal-kundannati”. Ġesù, minn dakinhar, talab li wliedu jifhmu li l-erwieħ KOLLHA li jinsabu jiffaċċjaw il-kundanna, jistgħu fil-fatt jiġu Salvati, jekk xi ħaddieħor jitlob il-Kurunella tal-Ħniena Divina f’isimhom. Ġesù ta struzzjonijiet lil Marija sabiex tbiddel il-frażi “erwieħ tal-kundannati” ħalli tinqara “erwieħ li jinsabu jiffaċċjaw il-kundanna”.