Mistoqsijiet lil Ġesù

It-Tnejn, 1 ta’ Awwissu 2011 at 23:30

Mistoqsijiet lil Ġesù.
Mill-Ktieb tal-Verità. Tweġibiet mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-1 ta’ Awwissu, 2011, fil-11.30 pm.

NOTA: Wara li rċeviet il-Messaġġ intitolat “Qisu li Tkunu Ppreparati l-Ħin Kollu” il-viżjonarja rat xbieha ta’ Ġesù li fiha deher Imdejjaq. Imbagħad staqsietu għadd ta’ mistoqsijiet li Hu Wieġeb għalihom hekk:


Mistoqsija lil Ġesù: “Int Imdejjaq?”
Tweġiba:
“Iva, u Għajjien. Id-dnubiet tal-bniedem qegħdin Jaqsmuli Qalbi fi tnejn.”

Mistoqsija lil Ġesù: “X’jista’ jgħin?”
Tweġiba:
“It-talb u ħafna talb. Id-devozzjoni tas-segwaċi tiegħi permezz tar-reċitazzjoni ta’ kuljum tal-Kurunella tal-Ħniena Divina u r-Rużarju Mqaddes se jsalvaw lil uliedi. Huma, is-segwaċi tiegħi, iridu jipperseveraw anke jekk dan ikun diffiċli.”

Mistoqsija lil Ġesù: “X’inhu l-aktarli Jdejjqek?”
Tweġiba:
 “Dawk in-nies li mhux biss jobogħduni, imma li għażlu li jqimu lix-Xitan (Satana) f’ritwali oxxeni fejn ma jistgħux jintebħu kemm hu qiegħed jigdbilhom.
Il-Qaddejja Sagri tiegħi (is-Saċerdoti) li ma baqgħux iħobbuni.
Dawk li jippersegwitaw lil ħaddieħor.
Dawk il-qattiela mingħajr ebda konsiderazzjoni għall-ħajjiet ta’ wliedi.
L-abort, l-agħar forma ta’ ġenoċidju. Jien Inxerred id-Dmugħ il-ħin kollu għall-erwieħ ċkejnin tiegħi, li qatt m’huma sejrin jieħdu l-ewwel nifs tagħhom.
Il-gwerra u l-faċilità li biha tiġi imposta, u ġeneralment minn dawk, li kieku kellhom jitqiegħdu f’nofs il-kamp tal-battalja, jaħarbu bil-biża’. Ħafna minn dawn in-nies li jiddikjaraw gwerra, jagħmlu dan biss biex jiksbu l-poter. Huma Lili Joffenduni bil-kbir.”

Mistoqsija lil Ġesù: “X’Jagħmlek Ferħan?”
Tweġiba:
“Il-fidi tas-segwaċi tiegħi u ta’ dawk li huma determinati li jgħinuni Nsalva l-erwieħ. Jien Inħobbhom b’tant Tenerezza u Kompassjoni. Huma sejrin jiġu ppremjati bil-kbir fis-Saltna ta’ Missieri.”