Alla l-Missier: Wieħed mill-Aktar Messaġġi Urġenti lill-Umanità.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Missierna fis-Smewwiet, Alla l-Aktar Għoli, lil Marija Ħniena Divina, tat-2 ta’ Awwissu, 2011, fit-8.15 pm.
Jiena qiegħed Niġi f’Isem Ibni Ġesù Kristu. Jien Alla l-Missier, u nixtieq Nikkomunika mad-dinja kollha. L-Intenzjoni tiegħi hija li Jien Innaqqas is-severità tal-Kastig il-Kbir (*), sabiex nagħti lill-umanità ċ-ċans li tiftaħ qalbha għall-Verità tal-Eżistenza tiegħi. Huma, uliedi prezzjużi, jeħtieġ li jkunu jafu li Jiena, l-ewwel nett Alla tal-Ħniena, u mbagħad Alla tal-Ġustizzja. Il-Ħniena tiegħi issa ġiet estiża għal limiti straordinarji. Jiena, minħabba l-qawwa tat-talb, sejjer Inżomm Idejja lura f’ġieħ il-Ħniena tiegħi, sabiex il-bniedem ikun jista’ jtaffi l-mibegħda li qegħda timmanifesta ruħha f’ħafna erwieħ (nies ħajjin) madwar id-dinja.
Oqogħdu attenti wliedi, meta Jien Inwissikom dwar il-bżonn li jieqaf id-dnub milli jkompli jinfirex, għaliex dan se jwassal għal kastig kbir, li sejjer jeqred ħafna mill-umanità. Kastig bħal dan għadu ma deherx minn żmien id-dilluvju, li kien qered id-dinja fi żmien Noè. Jiena mhux se nħallikom aktar uliedi ingrati, tibqgħu teqirdu lil dawk li wrew lealtà Lejja. Lanqas mhu sejjer noqgħod lura u nħalli l-Ordni Dinji u Waħdieni jikkontamina l-ħolqien tiegħi, lil uliedi, u lid-dinja tiegħi.
Issa agħtu kas ta’ dan, wieħed mill-aħħar twissijiet li qed jingħataw lill-umanità: Duru issa mit-triq tad-dnub u intom tkunu Salvati. Duru mid-devozzjoni għamja tagħkom lejn il-ġibda tax-Xitan (Satana) u s-seħer seduttiv tiegħu, li jħajjarkom għall-imħabba tagħkom infuskom u għat-tlellix materjali. Jekk tkomplu tipprofanaw din id-dinja sabiħa u maħluqa mill-Imħabba għalikom, bil-mod ta’ kif qegħdin teqirduha bħalissa, mhu sejjer jibqa’ xejn fejn tagħmlu aktar ħsara.
Jiena Alla tal-Imħabba, Jiena bil-mod biex nirrabja, imma l-Paċenzja tiegħi issa qegħda tispiċċa. Lil dawk li sejrin jibqgħu jirrovinaw u jeqirdu lil uliedi, permezz tal-gwerrer u l-kontroll tal-finanzi tad-dinja, kunu afu li jiemkom huma mgħoddija. Iċ-ċans tagħkom li titolbu maħfra issa se jkun l-aħħar wieħed. Jekk ma tirrispondux b’mod xieraq matul ir-Rigal il-Kbir tal-Ħniena tiegħi, li huwa t-Twissija l-Kbira, mela allura intom u l-qaddejja tagħkom se tinqerdu.
Il-Glorja tiegħi sejra tkun magħrufa minn kull raġel, mara, tifel u tifla. Dawk li jgħażlu t-triq tas-Saltna tiegħi se jkollhom il-ħajja ta’ dejjem. Dawk li ma jagħmlux dan, se jesperjenzaw Dlam tal-Waħx, li qatt ma setgħu jimmaġinaw jew qatt riedu bħalu.
Lil dawk is-segwaċi tax-Xitan, li apposta jaduraw il-ħażen tiegħu, isimgħu issa l-Wegħda tiegħi: Intom, uliedi mitlufin, sejrin tiġu offruti l-Id tal-Imħabba u l-Paċi għal darb’oħra matul it-Twissija l-Kbira. Aħtfuha għaliex se tkun il-ħabel tas-salvataġġ tagħkom lura fil-Ħoġor tal-Imħabba tiegħi. Imma, injoraw it-Talbiet tiegħi u intom sejrin tbatu għall-eternità, sabiex qatt aktar ma terġgħu lura fil-Familja Għażiża tiegħi.
Din issa binti, hija waħda mill-aktar twissijiet importanti sabiex inti ssalva lil ħutek min-nirien tat-tortura fit-Telfien ta’ Dejjem
Is-Sultan l-Aktar Għoli,
Alla l-Missier li Jista’ Kollox
(*) Nota: Għal dawk li ma jefhmux it-terminu “Innaqqas is-severità tal-Kastig il-Kbir”, dan ifisser li Alla l-Missier iżomm Idejħ lura, Jipposponi.