Messaġġ mill-Verġni Marija: Jiena Sejra Nidher fid-Dinja Ftit Drabi Oħra Biss.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tat-3 ta’ Awwissu, 2011, fid-9.45 am.
Binti, m’hemmx għalfejn tibża' f’dan ix-Xogħol, għaliex kienet ġiet imbassra li l-konverżjoni sejra sseħħ. Sfortunatament, mhux il-bnedmin kollha sejrun ikunu, jew jistgħu jiġu Salvati. Dawk li jippersegwitaw lil Ibni l-Għażiż fid-dinja llum, dawn huma agħar minn dawk li qatluh waqt il-Kruċifissjoni. Minħabba li Ibni Miet sabiex Isalva lill-umanità mid-dnub, id-dinja kollha tgħallmet lezzjoni dwar il-ħtieġa għad-devozzjoni lejn Ibni. Madankollu, ħafna li jafu l-Verità, xorta waħda għażlu li jinjoraw dan.
Jiena ntbgħatt kemm il-darba sabiex ninkoraġġixxi t-talb madwar id-dinja kollha, u madankollu, t-Twissijiet tiegħi lil uliedi, matul iż-żmien intesew. Illum meta nagħmel lili nnifsi magħrufa permezz tal-Viżjonarji f’diversi pajjiżi, dawn mhux biss jiġu injorati, iżda jsofru wkoll meta jiġu mwaqqa’ għaż-żuffjett. Il-Preżenza tiegħi u s-sinjali li Nuri fis-smewwiet, kif ukoll manifestazzjonijiet oħra, huma miċħuda. Anke l-Qassisin u l-Isqfijiet qegħdin jinjoraw it-Twissijiet tiegħi. Huma wkoll warrbu t-twemmin tagħhom fl-Interventi Divini. Kemm huma għomja, biex anke jaslu li jirrifjutaw l-Għajnuna tiegħi, Jiena, Ommhom il-Maħbuba. Ibni jinsab ibati tant, li jaqsamlek qalbek tarah fl-Agunija llum, minħabba l-ħażen tad-dnub. Uliedi m’għandhom l-ebda idea kif Ibni Jsofri t-turmenti fid-dinja meta jara l-krudeltà tal-bniedem.
Binti, fakkar lil uliedi, li Jiena sejra nidher fid-dinja ftit drabi oħra biss, għaliex issa wasal iż-żmien għall-battalja finali, meta Jiena sejra ngħaffeġ ras is-Serp. Uliedi għandhom ikunu jafu li huma maħbuba daqs il-Mimmi ta’ Għajnejn Ibni l-Għażiż. Inħeġġiġhom sabiex jiftħu qlubhom u juruh l-imħabba u l-kompassjoni li jistħoqqlu. Hu, is-Salvatur tagħkom, li minn Jeddu aċċetta l-Mewt fl-aktar forma krudili tagħha sabiex Isalvakom, issa jrid Isalva lil din il-ġenerazzjoni min-nases tax-Xitan (Satana).
Hu, il-Qarrieqi, qiegħed jidhaq binti, għaliex jaf li rnexxielu jisraq erwieħ prezzjużi (nies ħajjin). Itolbu, itolbu u itolbu issa, sabiex Leħen Ibni jinstema’ matul it-Twissija l-Kbira u li r-Rigal tal-Maħfra tiegħu jiġi aċċettat b’dirgħajn umli u miftuħa. Ftakru li bħala Ommkom, Jiena dejjem nitlob għall-ħniena u l-maħfra tal-ħtija t’ uliedi. Id-Dmugħ tiegħi iċarċar għal dawk in-nies li ma jridux jisimgħu l-Verità, għaliex huwa biss permezz tat-talb bla waqfien tagħkom, li dawn l-erwieħ sfortunati jistgħu jiġu mifdija.
Il-Maħbuba Ommkom,
Ir-Reġina tad-Duluri