Għeluq Snini Huwa Jum ta’ Festa Speċjali Ħafna.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omm Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tal-4 ta’ Awwissu, 2011, fit-8.30 pm.
Għada binti, hija Festa speċjali ħafna għalija, Jiena Ommkom il-Maħbuba, għaliex huwa Għeluq Snini. Qalbi tinsab Imfawwra bin-niket, minħabba l-abbużi li Ibni l-Maħbub Jinsab Isofri minħabba d-dnubiet tal-bniedem. Jiena Nitbissem meta Nara lil uliedi devoti jagħmlu dak kollu li jistgħu, biex isalvaw l-erwieħ, imma d-Dmugħ tiegħi xorta Nieżel, għaliex ma Niflaħx Nara din it-tbatija fid-dinja tagħkom. Binti, ara li ma tieqafx, lanqas għal mument wieħed biss, meta xxerred il-Messaġġi minngħand Ibni Ġesù Kristu u Alla l-Aktar Għoli, għaliex iż-żmien wasal biex jintemm. Iddedika kemm tista’ ħin għal dan ix-Xogħol. Kompli miexja binti. Jiena sejra ngħattek bil-Mant Imqaddes tiegħi il-ħin kollu.
Il-Maħbuba Ommok,
Sultana tas-Sema