Dan Huwa Żmien ta’ Stennija: Għid lil Oħrajn Sabiex Ikunu Jafu x’Għandhom Jistennew

Il-Ħamis, 4 ta’ Awwissu 2011 @ 21:40

Dan Huwa Żmien ta’ Stennija: Għid lil Oħrajn Sabiex Ikunu Jafu x’Għandhom Jistennew.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-4 ta’ Awwissu, 2011, fid-9.40 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, id-dinja kuljum tinsab nieżla f’aktar taħsir. Fost uliedi, hemm taħlita ta’ tama, inkwiet, rabja u disperazzjoni, minħabba l-gwerra u n-nuqqas ta’ flus, sabiex intom titimgħu u tlibbsu lill-familji tagħkom kif xieraq. Imma oqgħodu attenti għal dan: Mhux se jkollkom għalfejn tibqgħu tfendu għal raskom ħafna aktar, għaliex dalwaqt, wara t-Twissija l-Kbira, se jkun hemm sentiment aktar pożittiv ta’ Dawl u Mħabba fid-dinja. Mhux kollox huwa mitluf binti.

Itolbu għal dawk li sejrin jikkonvertu matul it-Twissija l-Kbira, sabiex jibqgħu fit-triq tal-Verità. Itolbu li l-imħabba Għalija u għal Missieri Etern, issir aktar b’saħħitha, fost dawk is-segwaċi li diġà jafu l-Verità. Sakemm uliedi jħaddnu r-Rigal tat-Twissija l-Kbira, allura m’hemm xejn minn xiex tibżgħu.

Min-naħa l-oħra, għal dawk li ma jibqgħux fit-triq tal-Verità, u li mbagħad imorru lura għat-triqat midinba tagħhom, dawn għandhom ħafna minn xiex jibżgħu. Missieri, mhux se jħallihom jinfestaw lil oħrajn, permezz tal-toroq żbaljati u krudili tagħhom. Huma sejrin jitwaqqfu. Sfortunatament, ħafna sejrin iduru 'l bogħod mill-Verità, u jippruvaw ikomplu jddandnu l-poter u l-kontroll tagħhom fuq il-bqija ta’ wliedi.

Araw li titolbu, li l-Kastig il-Kbir jiġi mtaffi. It-talb tagħkom sejjer jgħin, sabiex jikkonverti u jevita sitwazzjonijiet bħal dawn. Dan issa huwa żmien ta’ stennija, ta’ talb u ta’ tħejjija, sabiex jiżgura li kemm jista' jkun nies, ikunu jafu x’għandhom jistennew.

Dan ix-xahar ta’ Awwissu, “Ix-Xahar Dedikat għas-Salvazzjoni tal-Erwieħ” huwa tant importanti uliedi. Jekk jogħġobkom, qisu li tipperseveraw fid-devozzjoni tagħkom matul dan ix-xahar, għaliex l-erwieħ (nies ħajjin) li se jsalvaw, se jkunu fi kwantitajiet kbar. Is-Sema tifraħ bl-imħabba u l-ġenerożità tal-qalb u r-ruħ tas-segwaċi kollha tiegħi, li għamlu dan l-impenn, rigal prezzjuż Għalija, sabiex in-nies jiġu salvati matul it-Twissija l-Kbira. Mur issa binti, u xerred il-Kelma tiegħi. Mur issa fil-paċi u fl-imħabba.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM