Alla l-Missier: L-Importanza tat-Tabtija

Il-Ħadd, 7 ta’ Awwissu 2011 @ 14:45

Alla l-Missier: L-Importanza tat-Tabtija.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Missierna fis-Smewwiet, Alla l-Aktar Għoli, lil Marija Ħniena Divina, tas-7 ta’ Awwissu, 2011, fis-2.45 pm.


Jiena l-Alfa u l-Omega. Jiena Alla l-Missier, il-Ħallieq tal-Bniedem u tal-Univers. Prezjuża binti, issa fl-aħħar Jiena qiegħed Naċċetta r-rigal tiegħek Lili, sabiex Ngħin fis-Salvazzjoni tal-erwieħ (nies ħajjin). Ir-rigal tiegħek huwa aċċettat Minni b’imħabba u ferħ. Din mhux se tkun xi triq faċli għalik, imma inti se tkun protetta, ladarba titlob l-Għajnuna tiegħi kuljum.

It-tbatija tiegħek sejra tkun mentali u ta’ dlam tar-ruħ. Hekk kif din it-tbatija tiggrava, tieqafx tfakkar lilek innifsek, dwar dawk il-kreaturi li se jiġu salvati minħabba t-tbatija tiegħek. Ara li tmur l-Adorazzjoni kemm jista’ jkun ta’ spiss, sabiex tikseb is-saħħa meħtieġa għal dan ix-Xogħol. Il-Messaġġi mingħand Ibni l-Maħbub se jkomplu jaslu. Dawn iridu jibqgħu jiġu ppubblikati bħal qabel, għaliex il-Messaġġi tiegħu lid-dinja, se jiżdiedu, u mhux jonqsu. Inti qegħda tiġi megħjuna minn ħafna Qaddisin, li jinsabu jinterċedu għalik.

Qis li tibqa’ itlob lit-Trinità Qaddisa għall-Grazzji meħtieġa, sabiex tibqa’ soda. Ara li qatt ma tħossok abbandunata, għaliex dan se jkun parti mit-tbatija tiegħek. Inti serraħ rasek. Ibqa’ siekta u qis li tidher ferħana għad-dinja ta’ barra. Injora lil dawk li sejrin iweġġgħuk. Pjuttost, għandek tiftakar, li huwa minħabba d-Dawl Divin li se jirrifletti minn ruħek, li se jwarrab id-dlam mill-oħrajn. Imbagħad, u dakinhar biss, inti tinduna bit-turmenti li qegħdin iċarrtu l-Qalb ta’ Ibni, meta Jara d-dnub fid-dinja. It-tbatija tiegħek se tkun biss farka minn ta’ dak li jbati Hu, u dan ma’ kull minuta tal-ġurnata.

Aċċetta dan ir-rigal li issa ngħata lilek ukoll, meta qegħda tiġi msejħa sabiex issir ruħ vittma. Dejjem ftakar li inti binti, tinsab f’Qalbi l-ħin kollu. Jiena qiegħed għassa biex Nipproteġik. Qis li issa titbissem. Ara li ma tibżax, għaliex dan ix-Xogħol se jġiblek premjijiet kbar, għalik u għall-familja tiegħek, u għall-maħbubin tiegħek fis-Saltna Glorjuża tiegħi.


Il-Maħbub Missierkom,
Alla, l-Ħallieq ta’ Kollox


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM