Uliedi, Qisu Li Ma Taqtgħux Qalbhom mill-Ħrejjef ta’ Disperazzjoni li Qegħda Tiffaċċja l-Umanità.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-8 ta’ Awwissu, 2011, fis-7.45pm.
Maħbuba binti l-għażiża, issa għaddew ftit ġranet minn meta Tkellimt l-aħħar miegħek. Dan kien sabiex Jiena nagħtik iċ-ċans li tisma’ l-Parir ta’ Missieri l-Għażiż, Alla l-Aktar Għoli, u dan ħalli jgħinek tifhem l-importanza tat-tbatija sabiex issalva l-erwieħ (nies ħajjin).
In-numru tal-ġranet, issa qiegħed dejjem jonqos, hekk kif iż-żmien tat-Twissija l-Kbira qorob. Kollox lest għall-fjammi ta’ Imħabbti, sabiex ikopru d-dinja kollha kemm hi, bħala ħaġa waħda. L-Anġli, il-Kori tas-Sema, issa jinsabu jistennew il-Jum tal-Glorja, meta Jiena sejjer Nerġa’ Niġi lura, ħalli Nagħti lill-bniedem, l-aħħar opportunità tiegħu, sabiex jaċċetta l-Eżistenza tiegħi u dik ta’ Missieri l-Etern.
Uliedi, qisu li ma taqtgħux qalbkom mix-xnigħat jew ħrejjef ta’ disperazzjoni li qegħda tiffaċċja l-umanità bħalissa, minflok, issa ħarsu Lejja u afdawni, billi terħu l-biżgħat tagħkom Fija. L-umanità sejra tingħata Rigal sabiħ ħafna. Il-bniedem, mhux biss se jiltaqa’ Miegħi wiċċ imb wiċċ, iżda sejjer ikun ferħan immens, għaliex se jinduna u jara l-Verità tiġi ppreżentata lilu, quddiem għajnejh stess.
Dan se jkun jum kbir fl-istorja tal-umanità, meta t-tama u l-imħabba jintwerew lilkom ilkoll. Anke dawk il-midinbin ta’ qalb iebsa, se jinżlu għarkupptejhom fl-art jibku dmugħ ta’ dispjaċir. Din hija aħbar tajba uliedi, għaliex kull persuna tista’ tiġi salvata, jekk tabbanduna l-kburija u l-ego tagħha. Kull wieħed u waħda, permezz tar-rieda ħielsa tagħhom stess, għandhom jingħaqdu flimkien, sabiex iħalluni nidħol f’qalbhom, ħalli jkunu jistgħu jiġu ggwidati lejn id-Dawl. Għal ħafna midinbin fid-dnub il-mejjet, dan id-Dawl se jweġġagħlhom għajnejhom u ruħhom. Se jkun miġugħin. Imma, jekk biss ikunu jistgħu jissaportu l-biża’, hekk kif jaraw kif offendewni, huma mbagħad jieħdu r-ruħ u jikkonvertu.
Allura uliedi tal-Armata tiegħi, Jien issa qiegħed Ngħidilkom: Tbissmu, għaliex dan l-avveniment se jkun l-aktar wieħed straordinarju f’ħajjitkom, u fejn l-imħabba li diġà għandkom għalija, u għall-Missier Etern tiegħi, sejra tħeġġeġ lir-ruħkom. Tant se jkun hemm imħabba li tinfiltra f’moħħkom, f’ġisimkom u f’erwieħkom, li intom sejrin tiġġeddu fl-ispirtu għal dejjem. Araw issa li titolbu għalikom infuskom ilkoll, għaliex ftit baqa’żmien. Id-dinja qegħda tiġi ppreparata issa għat-Twissija l-Kbira, sabiex kulħadd ikun lest għal dan ir-Rigal Kbir tiegħi.
Komplu wliedi bid-devozzjoni tagħkom f’dan ix-xahar ta’ Awwissu, Iddedikat għas-Salvazzjoni tal-Erwieħ, għaliex sa tmiem ix-xahar, miljuni ta’ erwieħ sejrin jiġu salvati minħabba l-isforzi tagħkom. Ftakru wliedi, li Jiena dejjem ninsab Preżenti f’ħajjitkom, u ta’ kuljum. Qiegħed Għassa. Qiegħed Niggwida. Jien Inħobbkom ilkoll. Qisu li tibqgħu leali lejn ix-Xewqat tiegħi, jiġifieri li Nsalva dawk l-erwieħ ittorturati.
Ġesù Kristu