It-Taqlib Kbir li Hawn fid-Dinja Huwa Kkawżat min-Nuqqas ta’ Mħabba Għalija.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tad-9 ta’ Awwissu, 2011, fit-8.30 pm.
Maħbuba binti, wasal żmien it-taqlib il-kbir fid-dinja, jigifieri, fejn il-bniedem jqum kontra bniedem ieħor, l-aħwa kontra xulxin, u l-ġar kontra ġar ieħor, kif kien imħabbar. Dawn l-avvenimenti issa se jitfaċċaw f’daqqa waħda, wieħed wara l-ieħor. Ħafna pajjiżi sejrin jesperjenzaw dan il-ġlied. Bħalissa hemm ħafna rabja fid-dinja, diżappunt u biża’ fost uliedi. Għidilhom, li dawn l-avvenimenti huma mqanqla mix-Xitan (Satana) u li aktar inkwiet se jidher u jintensifika qabel it-Twissija l-Kbira.
Dan kollu binti, ġie mħabbar bħala biss wieħed mis-sinjali li l-umanità se tesperjenza matul din is-sena tal-2011, is-Sena tal-Purifikazzjoni. Uliedi se jaraw u jinħasdu, bil-ħażen li jeżisti fid-dinja, minħabba dawk l-erwieħ (nies ħajjin) immexxija mill-mibegħda u r-rabja għal xulxin. M’hemm l-ebda rebbieħa binti, f’din il-battalja li se tkompli tinfurja ruħha. Dawn l-atroċitajiet kollha ġejjin minn idejn il-bniedem. U dan kollu minħabba n-nuqqas ta’ mħabbithom Għalija, u għal Missieri Etern, li mbagħad minn jeddhom, isiru kompliċi max-Xitan.
Qisu li titolbu wliedi għal dawk kollha li se jsofru minħabba din il-ħerba fid-dinja. U dan għaliex ftit pajjiżi se jaħarbu minn dawn ir-rewwixti mimlijin rabja u qerda. Din il-gwerra ta’ mibegħda sejra tidher f’diversi pajjiżi u nazzjonijiet. Il-konfużjoni, t-terrur u n-niket sejrin jinħassu minn ħafna nies.
Jekk jogħġobkom, araw li tafdaw f’Missieri, Alla l-Missier Etern, għaliex Idu sejra tgħin sabiex twaqqaf dawn id-disgrazzji kbar, uliedi. Qisu li tibqgħu sodi, attenti u leali Lejja, Jien, il-Maħbub Salvatur tagħkom. Kollox jitjieb fid-dinja tagħkom, meta intom tindunaw bl-importanza tal-imħabba f’ħajjitkom u l-importanza tal-armonija u l-kura tal-proxxmu tagħkom. It-talb jgħin sabiex inaqqas l-impatt ta’ dan il-ferment krudil.
Ftakru li l-gwerra, il-vjolenza u l-qtil, mhumiex minn Alla, huma maħluqa mix-Xitan. Ir-rabja tiegħu issa laħqet livelli bla preċedent, u qiegħed jisforza l-furja tiegħu fuq uliedi, permezz tal-infiltrazzjoni ta’ dawk li huma dgħajfa fl-ispirtu, u mingħajr imħabba f’qalbhom.
Isimgħuni issa: Qisu li tħobbu lil xulxin kif inħobbkom Jien. Iċħdu lix-Xitan, lil-qaddejja tiegħu u lil-pupazzi tiegħu issa. Itolbu lil San Mikiel l-Arkanġlu, sabiex jipproteġi l-komunità tagħkom. Itolbu Lili għall-gwida. Itolbuni sabiex Ninvoka l-Ispirtu s-Santu ħalli jinżel fuq il-pajjiżi tagħkom.
Is-Salvatur Ħanin tagħkom,
Ġesù Kristu