Itolbu Għal Dawk li Ma Jistgħu Jaraw Xejn, Hlief il-Qligħ Materjali.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-10 ta’ Awwissu, 2011, fil-00.05 am.
Maħbuba binti l-għażiża, inti trid tippersisti f’din it-tbatija tiegħek, għaliex b’hekk, inti tkun qegħda ssalva l-erwieħ (nies ħajjin). It-tbatija tiegħek issa qegħda turik it-tortura li Jiena ssaportejt mill-idejn midinba tal-bniedem.
Ir-regħba għal flus tal-bniedem issa tinsab tant qawwija, li l-morali m’għadhiex tapplika aktar fis-soċjetà tagħkom. Id-dnub tar-regħba tal-bniedem ifisser, li hu ma jimpurtahx min minn ibati minħabba fiħ, sakemm ix-xewqat tiegħu jkunu sodisfatti. Ħalluni ngħidilkom, li dawk li jitturmentaw lil ħaddieħor permezz tar-regħba għal flus u xeħħa, mhux se jaħarbu minn taħt Għajnejja. Jiena qiegħed Għassa. Jiena qiegħed Nara. Jiena Nitwerwer meta nara t-triq tal-biza’ li l-bniedem jagħżel ħalli jimxi fiha, sabiex jikseb il-ġid għad-detriment ta’ ħaddieħor.
Huma, binti, se jitneżżgħu mill-ġid materjali sakemm ma jitolbux għall-Ħniena tiegħi. Flushom se jkunu ma jiswew xejn. Għaliex jekk inti dak il-bniedem li jaqa’ u jittortura l-erwieħ, meta jisraq dak li bi dritt jappartjeni lil ħutu, għandek tkun taf, li int mhu sejjer jitħallilek xejn, ħlief irmied. Itolbu uliedi għal dawk li ma jistgħu jaraw xejn ħlief il-qligħ materjali, għaliex jekk mhux sejrin jagħtu daharhom lil dawn l-atti krudili, huma sejrin jitwarrbu fil-ġenb u mhux se jidħlu fis-Saltna ta’ Missieri.
Agħmlu intom il-ħażen lil ħaddieħor f’din id-dinja, u intom sejrin tiġu mormija u mitfugħa fil-bir bla qiegħ tax-Xitan (Satana). Dak li jista’ jidher bħala l-qligħ ġust tagħkom, il-ġid miksub għad-detriment ta’ ħaddieħor, sejjer iġibilkom uġigħ kbir f’ġisimkom u f’moħħkom għall-eternità. Qisu li twarrbu l-armi tar-regħba u l-gula tagħkom issa. Fittxu l-maħfra, għaliex meta tagħmlu dan il-paċi terġa’ lura fis-soċjetà.
Is-Salvatur tagħkom,
Is-Sultan tal-Ġustizzja,
Ġesù Kristu