Gawdu l-Ħajja Glorjuża li Qegħda Tistennikom Għal Elf Sena Sħaħ.

Il-Ħadd, 14 ta’ Awwissu 2011 @ 14:25

Gawdu l-Ħajja Glorjuża li Qegħda Tistennikom Għal Elf Sena Sħaħ.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-14 ta’ Awwissu, 2011, fis-2.25 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, inti qegħda tkompli tiddefendi l-Kelma tiegħi, meta fil-fatt m’hemmx bżonn. Il-Kelma tiegħi sejra tinfed il-qlub tal-fidili bħal sejf, meta huma jikkontemplaw fuq il-Messaġġi tiegħi mogħtija lilek għad-dinja. Huma se jkunu jafu l-Verità meta jaqraw il-Kelma tiegħi, għaliex id-Dawl Divin tiegħi se jkollu impatt fuqhom b’mod, li jsibuha diffiċli biex jinjorawh. Ħafna nies qegħdin jistaqsu u se jkomplu jistaqsu, bħalma għamlu fi żmien Noè. Huma kienu ġew imwissija, imma ma ridux jisimgħu. Huma mblukkaw il-Leħen ta’ Missieri, meta Bagħat Messaġġi permezz ta’ Noè u l-Profeti l-oħra. Kienu dawk biss li semgħu u obdew li ġew salvati.

Qisu issa li tisimgħu l-Messaġġi tiegħi. Iftħu qlubkom u ħallu l-Kelma tiegħi titkellem ma’ ruħkom, uliedi. Injoraw id-distrazzjonijiet tad-dinja. Araw li tffokaw biss fuq Leħni. Jekk tagħmlu hekk, intom issalvaw lir-ruħkom.

Dawk li ma jridux jisimgħu, waqt li jtuni daharhom, maż-żmien, għad jiġu b’ħalqhom miftuħ bil-ġuħ, sabiex jibilgħu l-Kelma l-aktar Qaddisa tiegħi, wara li sseħħ it-Twissija l-Kbira. Għaliex imbagħad, intom tkunu lesti sabiex issegwu l-Gwida tiegħi, ħalli Jien inkun nista’ Immexxikom kif suppost, lejn il-Ġenna tal-Art il-Ġdida fid-dinja, fejn intom, il-familja tagħkom u l-maħbubin tagħkom, sejrin tgawdu l-Ħajja Glorjuża li tinsab tistenniekom, għal elf sena sħaħ. Hemm, ma jkun hemm l-ebda mard. L-ebda nuqqas ta’ ikel. L-ebda għamla ta’ nkwiet. Imħabba biss, u din fl-aktar forma pura tagħha, entità glorjuża, li hija l-wirt tagħkom, u dan bi dritt.

Jekk jogħġobkom, itolbu bis-sħiħ issa għad-dixxerniment, sabiex taċċettaw il-Kelma Mqaddsa tiegħi, meta tiġi ppreżentata lilkom uliedi. Ikkunsidrawha bħala wieħed mill-akbar rigali f’ħajjitkom. Ħaddnuha b’ġisimkom, b’moħħkom u b’ruħkom. Għax dakinhar biss, intom issibu l-Paċi Vera.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM