Għinuni Nsalva liż-Żgħażagħ Kollha, Li Huma l-Aktar Nies Vulnerabbli tas-Soċjetà Tagħkom

It-Tnejn, 15 ta’ Awwissu 2011 @ 00:05

Għinuni Nsalva liż-Żgħażagħ Kollha, Li Huma l-Aktar Nies Vulnerabbli tas-Soċjetà Tagħkom.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-15 ta’ Awwissu, 2011, f’12.05 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, hekk kif Missieri l-Etern, Alla l-Aktar Għoli, qiegħed Iħejji d-dinja għall-bidliet li jmiss, Huwa jinsab mimli niket għal kull raġel u mara, li għadhom għomja għall-Verità tal-Eżistenza tiegħu. Hekk kif Missieri issa Beda sabiex iħejji l-bidliet neċessarji, għar-Ritorn tiegħi fid-dinja, Huwa qiegħed Jara tant dnubiet kbar madwar id-dinja, li jinsab Jibki, Qalbu maqsuma għal dawk l-erwieħ (nies ħajjin), li t-telfin tagħhom Minnu jidher inevitabbli. It-talb tagħkom, sabiex isalva lil dawk li għadhom ħajjin fid-dinja llum, u li minn jeddhom iduru kontrih u jisfidawh apertament, għalkemm huma jafu u jaċċettaw l-Eżistenza tiegħu, jista’ jgħin sabiex isalvalhom ruħhom. Inti binti kompli itlob, u agħmel sagrifiċċji personali għal dawk l-erwieħ, għaliex mingħajr it-talb, mingħajr ma trid ikollok tibża’ għall-futur tagħhom.

Jiena ninsab Niddependi fuq is-segwaċi tiegħi, sabiex jitolbu għall-erwieħ mitlufa. Iż-żmien li fadal sabiex nikkonvinċu lil dawk għomja fil-fidi tagħhom, ħalli jiftħu għajnejhom għall-Verità tal-Eżistenza ta’ Alla l-Missier, issa huwa ftit. Għaqqdu jdejkom lkoll flimkien, Uliedi tad-Dawl, sabiex iċ-ċirku tagħkom ta’ mħabba u devozzjoni Lejja, jkun tant b’saħħtu biżżejjed, li jiġbed Lejja lil dawk l-erwieħ li ma jemmnux, jew ma jaċċettawx l-Eżistenza tiegħi jew ta’ Missieri l-Għażiż. Taqtgħux din il-katina ta’ fidi, ħalli intom tikkonvertu u ssalvaw lil ħutkom, li m’għadhomx isegwu t-triq tal-Verità tal-Ħajja Eterna. Minflok, peress li huma dgħajfa, għaliex maħkuma mid-taħbit tad-dinja, huma se jkollhom bżonn gwida tajba biex tgħinhom.

Tisfurzawx ruħkom fuq dawk li ma jemmnux f’Alla. Ħuduhom bil-ħlewwa, kellmuhom dwar il-Kruċifissjoni tiegħi u kif Missieri l-Etern għamel l-akbar Sagrifiċċju possibbli sabiex Isalva lil uliedu, billi tahom id-Don tal-Grazzja tas-Salvazzjoni permezz tal-maħfra tad-dnubiet.

Missieri issa qiegħed Isejjaħ lil dawk kollha li qegħdin jaqraw dawn il-Messaġġi għall-ewwel darba: Intom jeħtieġ li taqraw kull Messaġġ bir-reqqa. Imbagħad itolbu lill-Ispirtu s-Santu għall-Grazzja sabiex tkunu tistgħu tindunaw li dawn il-Messaġġi huma tassew ta’ oriġini Divina. Iftħu qalbkom sabiex tirċievu l-Kelma tiegħi. Fitxuni f’ruħkom billi titolbu kef ġej:

It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (9) Sabiex Tiftaħ Qalbek Ħalli Tirċievi l-Kelma ta’ Ġesù:

Ġesù, jekk dan huwa tassew Int, jekk jogħġbok fawwarli ’l ruħi bis-sinjal tal-Imħabba tiegħek, sabiex inkun nista’ nagħarfek għal Dak li Int. Tħallinix niġi mqarraq mill-gideb. Urini minflok, il-Ħniena tiegħek, billi tiftaħli għajnejja għall-Verità u t-Triq għall-Ġenna tal-Art il-Ġdida tiegħek. Ammen.

Ftakru uliedi, li huwa biss minħabba l-Imħabba profonda u tenera tiegħi, li Jiena ġejt fid-dinja sabiex Nikkomunika magħkom b’dan il-mod. Mhux biex Naħsadkom. Mhux biex Nimpressjonakom. Mhux biex Noħloq xi kontroversja jew dibattitu. Huwa biss biex Ngħin fis-Salvazzjoni tal-erwieħ kollha, speċjalment tal-ġenerazzjoni żagħżugħa, li m’għandhom l-ebda interess fir-reliġjon, minħabba li tant jinsabu mħabbtin b’ħajjithom, fejn Alla ftit li xejn għandu post. Huwa billi Jien Inkellimhom b’lingwaġġ li jifhmu li Jiena qiegħed Nittama li Nwissihom dwar l-avvenimenti li dalwaqt se jseħħu. Huma fost l-aktar nies vulnerabbli fis-soċjetà tagħkom uliedi. Għalhekk huwa vitali li Jiena Nilħaqhom malajr kemm jista’ jkun.

Inġabru madwari issa wliedi, sabiex insalvaw liż-żgħażagħ kollha fid-dinja llum. Għinuni Nħaddanhom miegħi fis-Saltna tiegħi, sabiex l-ebda ruħ prezzjuża ma tintilef Minni.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom u tal-Umanità kollha,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM