Kif Għandkom Titolbuni Ħalli Ngħinkom Issolvu l-Inkwiet Tagħkom.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-17 ta’ Awwissu, 2011, fil-11 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, il-grazzji mferrgħin fuqek qegħdin jingħatawlek sabiex jagħmluk aktar b’saħħtek f’dan ix-Xogħol billi jagħtuk aktar fiduċja.
Il-fiduċja Fija uliedi, hija importanti ħafna. Iva, intom iġġibuli ħafna ferħ f’Qalbi l-Imqaddsa, meta Jiena Nħoss l-imħabba tagħkom Għalija. Madankollu, huwa biss meta intom tafdaw Fija tassew u tħallu l-inkwiet kollu tagħkom f’Idejja, sabiex inkun nista’ Nieħu Ħsieb ta’ kollox Jien, li intom tkunu tistgħu tħossu is-sens ta’ paċi vera.
Ħafna minn uliedi jitolbu għal xi intenzjonijiet speċjali. Jiena Nisma’ lil kull wieħed u waħda minnkom. Imma intom tridu, li meta titolbu Lili għal xi ħaġa importanti ħafna għalikom, l-ewwel teħilsu mill-biżgħat kollha tagħkom. Kunu afu li l-biża’ mhix ġejja Minni. Il-biża’ jagħtihielkom ix-Xitan (Satana) sabiex jitturmentakom. Kif ma tisgħux tifhmuh dan? Meta intom tibżgħu minn xi ħaġa, li tħossu li qegħda taħkmilkom ħajjitkom, aktar ma intom tibżgħu, aktar il-problema tiggrava. Huwa biss meta tieqfu u tgħiduli:
It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (10) Sabiex Issolvi l-Inkwiet Tiegħek:
Ġesù, nagħtik it-tħassib kollu tiegħi fuq din il-kwistjoni, b’fiduċja, sabiex il-problema issa hija tiegħek biex issolviha Int, skont ir-Rieda l-Aktar Imqaddsa tiegħek. Ammen.
...li moħħkom ikun fil-paċi. Dan huwa dak li rrid infisser b’fiduċja uliedi. Fiduċja Fija tfisser li turu fiduċja assoluta. Araw li tafdaw Fija. Jiena Mit għal dnubietkom, u dan ifisser għal kull wieħed u waħda minnkom li hawn ħaj illum, anke f’dan iż-żmien partikolari. Għaliex ma tafdawx Fija? Jien Inħobbkom bħal ebda kreatura oħra fuq din l-art. Ħadd ma jħobbkom jew qatt jista jħobbkom Bħali. Qisu li dan tifktakruh il-ħin kollu. Morru issa fl-Imħabba u l-Paċi. Jiena Ninsab maġenbkom filgħodu, f’nofsinhar u filgħaxija, Nistenna biss li ssejħuli.
Il-Maħbub Ħabib Salvatur tagħkom,
Is-Sultan tal-Ħniena,
Ġesù Kristu