Tribulazzjonijiet Kbar Qegħdin Jittaffew Minħabba t-Talb Tagħkom

Il-Ħamis, 18 ta’ Awwissu 2011 @ 00:00

Tribulazzjonijiet Kbar Qegħdin Jittaffew Minħabba t-Talb Tagħkom.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-18 ta’ Awwissu, 2011, fit-8.45 pm.


Binti, dawk is-segwaċi tiegħi li jifhmu f’dak li jirrigwarda l-Iskrittura Mqaddsa, għandhom it-tendenza li jinġarru mill-interpretazzjoni umana tagħhom stess, sabiex il-lezzjoni li Jien Ippriedkajt, ħalli intom tħobbu lil xulxin, tintesa malajr. Ħobbu lil xulxin. Agħtu ġieħ lil ommkom u lil missierkom. Agħtu ġieħ lill-Ħallieq tagħkom, Alla l-Missier, u għixu kif għedtilkom Jien, fl-imħabba u l-biża’ ta’ Missieri.

Tant nies bravi, li jinsabu okkupati bl-analiżi tagħhom tat-Tagħlim tiegħi, jinsew ħaġa waħda: Din hija, li Jiena sejjer nerġa’ Niġi biex Niġġudika. Huma qatt, lanqas għal mument wieħed biss, ma jqisu li dan il-ġrajja tista’ tiġri f’ħajjithom, u mhux kif jaħsbu huma, tinsab il-bogħod ħafna. Mela allura, għaliex ifittxu u jkomplu jfittxu, għal aktar tifsiriet fl-Iskrittura Mqaddsa, meta l-Verità hija daqshekk sempliċi? Għaliex ma jiftakrux li kulma Jiena qiegħed Nitlob hija l-imħabba? L-imħabba Għalija, is-Salvatur tagħkom. L-imħabba għal Alla l-Missier, u l-imħabba għal xulxin?

Lil dawk l-esperti intellettwali, li jistqarru li kapaċi jinterpretaw it-Tagħlim tiegħi, u li mbagħad anke saħansitra jippruvaw ibassru d-data ta’ meta Jiena sejjer nerġa’ Niġi, irrid Ngħidilkom dan: Jekk intom tipprovaw tassumu li kapaċi tindikaw is-sena tar-Ritorn tiegħi, allura sfortunatament tinsabu żbaljati. Ħadd mhu sejjer jingħata din id-data, lanqas l-Anġli fis-Sema jew l-istess Ommi l-Maħbuba. Madankollu, Jiena nista niżvela dan: It-Tribulazzjoni bdiet ftit taż-żmien ilu. It-Tribulazzjoni l-Kbira se tibda fl-aħħar tas-sena 2012. Issa dan il-perjodu terribbli, qiegħed jittaffa permezz tat-talb tas-segwaċi għeżież tiegħi. Dan il-perjodu terribbli, sejjer ikompli jiddgħajjef ukoll, permezz tal-konverżjoni miksuba wara li sseħħ it-Twissija l-Kbira. Dan l-avveniment huwa aħbar tajba uliedi. It-Twissija l-Kbira sejra tgħin sabiex jinqered l-iskjavitù tal-bniedem mill-Qarrieqi.


L-Arroganza li Juru Ħafna Esperti tar-Reliġjon, Lili Timbuttani

Sfortunatament, ħafna esperti tar-reliġjon sejrin jinjoraw il-Karbiet tiegħi, sabiex jippreparaw għar-Ritorn tiegħi, tant kemm huma jinsabu maqbuda, f’dan l-hekk imsejjaħ dibattitu reliġjuż intellettwali, ibbażat fuq ir-raġunament uman, fejn wieħed jipprova jegħleb lill-ieħor, sabiex jipprovaw li hu jew hi, huma aktar infurmati. Dawn l-esperti li juru din l-arroganza, Lili timbuttani. Huma mhumiex aħjar minn kif kienu l-Fariżej. L-injoranza tagħhom tostakola l-Verità meta Din tiġi ppreżentata quddiem għajnejhom stess.


Il-Kelma Tiegħi Qegħda Tiġi Injorata mill-Qaddejja Sagri Tiegħi

Il-Kelma tiegħi waqgħet fuq widnejn torox. Il-Kelma tiegħi tinsab injorata mill-Qaddejja Sagri tiegħi (is-Saċerdoti), hekk kif Jiena qiegħed nipprova Nikkomunika magħhom f’dan il-punt tal-istorja. Madankollu, wara t-Twissija l-Kbira, mhux se jkun hemm aktar skuża għalihom, sabiex ma jqumux u jisimgħu l-Istruzzjonijiet tiegħi. Għaliex imbagħad, huma se jgħollu dirgħajhom il-fuq jitolbu Lili, sabiex Jiena Niggwidahom matul il-Kastig il-Kbir. Għaliex meta din il-profezija tintwera lil dawk li jiddubitaw mill-Kelma tiegħi, permezz ta’ din il-Messaġġiera, imbagħad Jien Inħeġġiġkom biex tieħdu l-Kalċi Sagru tiegħi, tixorbu minnu u tikkumbattu sabiex issalvaw l-erwieħ.

Inħeġġiġkom ilkoll, inklużi intom li ħtartu lilkom infuskom esperti tal-Iskrittura, sabiex toqogħdu bilqegħda u b’umiltà tistaqsu din il-mistoqsija: Għalfejn għandi jiena nħeġġeġ lil dawk, li għax sempliċement jemmnu f’Ġesù Kristu, għandhom jidħlu f’argument dwar ir-Ritorn tiegħu fid-dinja? Kulma jgħodd issa hu li Jiena tassew Ġej. Għalhekk qisu li tkunu ppreparati l-ħin kollu. Araw li qatt ma tiġġudikaw lil ħaddieħor f’Ismi. Fittxu d-don tal-umiltà, u dan akkost ta’ kollox, għaliex din se tkun il-passaport tagħkom sabiex tidħlu l-Ġenna.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom, 
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM