Il-Ħażen Qiegħed Jiġi Ppreżentat Bħala Tajjeb, Filwaqt li t-Tajjeb Qed Jiġi Ppreżentat Bħala Ħażin.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-22 ta’ Awwissu, 2011, fit-8.10 pm.
Meta l-bniedem jiddubita dwar il-fidi tiegħu, hu jeħtieġ joqgħod jaħseb. Jekk ikun fid-dubju, allura jrid jitlobni biex Niftaħlu għajnejh. Jekk qiegħed isibha diffiċli biex jitlob, irid jitlobni biex Niftaħlu fommu. Imma jekk ma jridx jisma’ l-Verità, allura mbagħad dak il-bniedem, ikollu bżonn it-talb ta’ ħaddieħor. Uliedi, Jien Inkwetat ħafna dwar il-mod kif il-ħażen issa qiegħed jiġi ppreżentat bħala tajjeb, filwaqt li t-tajjeb qed jiġi ppreżentat bħala ħażin. Fid-dinja tagħkom, kollox ġie ta’ taħt fuq. Għal dawk minnkom mingħajr devozzjoni profonda Lejja, xorta mhux se tkunu aktar għaqlin. Ir-reati bħalissa qegħdin jitwettqu fid-dinja kollha u f’kull livell, sew ta’ gvern, ta’ knisja u tal-istat, u dan f’isimkom, waqt li intom mhintom tindunaw b’xejn.
Liġijiet ħżiena qegħdin jiġu introdotti u ppreżentati lill-bnedmin kollha, bħallikieku dawn huma fl-aħjar interess tagħhom. Dan jinkludi sistemi ġodda, mediċini ġodda, għajnuna minn barra, tilqim, kif ukoll ix-xandir ta’ reliġjonijiet ġodda u duttrini oħra. Qatt ma kien hemm daqstant konfużjoni fost uliedi. Minn barra, kollox jidher li huwa taħt kkontroll u fl-ordni, u sa ċertu mod hekk hu. Imma l-unika ordni li teżisti, fir-realtà hija ta’ dawk li qegħdin jikkontrollaw dawn l-avvenimenti dinjin, bil-moħbi u fil-kumdità tal-isqaqien maħmuġa tagħhom u minn wara l-bibien magħluqa.
Araw li ma titqarrqux uliedi. Hemm bżonn li dduru Lejja sabiex Ngħinkom ħalli dawn l-avvenimenti krudili, li qegħdin jiġu ppjanati minn potenzi globali u sigrieti, jiddgħajfu. L-unika triq tagħkom għal ħelsien vera, hija meta intom terġgħu tixgħelu l-fidi tagħkom Fija. Dan se jiġri dalwaqt uliedi prezzjużi, meta Jiena Nippreżenta Lili Nnifsi lid-dinja matul it-Twissija l-Kbira, li dejjem qed tersaq aktar viċin.
Inħeġġiġkom titolbu għal dawk li għandom għajnejn biex jaraw, imma huma għomja għall-Kelma l-Aktar Imqaddsa tiegħi. Itolbu għal dawk li jippersistu f’li jgħawġu t-Tagħlim tiegħi, u għall-Qaddejja Sagri tiegħi (is-Saċerdoti), li minħabba l-biża’ kbir tagħhom, qegħdin iċedu għall-ordnijiet mill-gvernijiet tagħhom.
Issa hemm mexxej wieħed biss li huwa inkarigat mill-futur, u dan huwa Missieri l-Etern, Alla l-Ħallieq u li għamel kollox Hu. Qisu li tkunu lejali Lejh, akkost ta’ kollox, sabiex ssibu saqajkom meta timxu ’l quddiem fit-triq tal-Verità.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom
Ġesù Kristu