L-Ebda Dnub Mhu Daqshekk Gravi li Ma Jistax Jinħafer

It-Tlieta, 23 ta’ Awwissu 2011 @ 23:45

L-Ebda Dnub Mhu Daqshekk Gravi li Ma Jistax Jinħafer.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-23 ta’ Awwissu, 2011, fil-11.45 pm.


Binti, int issa bdejt tifhem il-Verità tas-sofferenza. Meta Jiena Nistaqsi lill-erwieħ magħżula sabiex ibatu, huma jsofru kif għamilt Jien, waqt it-Tortura tiegħi u matul il-Kruċifissjoni tiegħi. Hekk kif il-Mewt tiegħi Salvat lill-bniedem mid-dnub, hekk ukoll it-tbatija tiegħek tista’ ssalva lill-bniedem mit-telfien ta’ dejjem. Jekk inti toffri t-tbatija tiegħek minn jeddek, u tagħmel sagrifiċċji, allura l-erwieħ tal-umanità (nies ħajjin) jintwerew il-Ħniena t’Alla.

Li kieku Jiena kelli Nistaqsi lil aktar erwieħ sabiex isofru, huma jistgħu jibżgħu u jirrifjutaw. Madankollu, ħafna erwieħ li jbatu, mhumiex konxji li huma wkoll erwieħ magħżula Minni. Ħafna minn wliedi jistgħu jistaqsu: Għaliex ċertu nies ibatu u oħrajn le? It-Tweġiba tiegħi hija, li Jien Nagħżel lil dawk ta’ qalbhom ħelwa u li juru umiltà f’din il-ħajja, dawk li jqisu l-bżonnijiet tal-oħrajn qabel tagħhom. Ir-ruħ ta’ qalb mimlija ħniena tieħu r-rwol tat-tbatija Għalija. Dan huwa fil-fatt Rigal Mingħandi. Forsi ma jidhirx bħal Rigal, imma meta xi ħadd jingħata dan ir-Rigal, huwa jkun qiegħed isalva eluf ta’ erwieħ kuljum f’Ismi.

Issa Jien irrid Nitlob lis-segwaċi tiegħi, sabiex jagħmlu sagrifiċċju wieħed kuljum bħala tbatija, sabiex Lili jgħinuni Nsalva l-erwieħ li jkunu fid-dnub il-mejjet, fil-mument tal-mewt tagħhom waqt it-Twissija. Jekk jogħġobkom itolbuni dan ir-Rigal. Lil dawk ta’ qalbhom umli, Jiena sejjer ukoll Nitlobhom sabiex jagħmlu sagrifiċċju personali wieħed, f’isem il-Glorja tiegħi. Għal dawk li jħossu li ma jistgħux jagħmlu dan, allura Jiena sejjer Inberikkom bil-Grazzji speċjali tiegħi, għax Naf bl-imħabba li għandkom għalija, u Naf li t-talb tagħkom, diġà qiegħed isalva l-erwieħ ta’ ħutkom.

Uliedi, kunu afu dan: L-armata tas-segwaċi tiegħi qegħda tikber kuljum minħabba dawn il-Messaġġi. Din l-armata dalwaqt se tikber bil-miljuni. Jiena qiegħed Insejjaħ biss lil dawk li huma kuraġġużi biżżejjed, li jilbsu l-ingwanta tiegħi tal-armatura. Il-kuraġġ tagħhom ġej mill-imħabba. L-interpretazzjoni tal-kuraġġ tvarja minn persona għal oħra. Kulma Jiena qiegħed Nitlobkom huwa, li tgħidu lid-dinja dwar l-Imħabba tiegħi. Fakkruhom fil-Verità li tinsab fl-Iskrittura Mqaddsa. Għidulhom li Jiena dalwaqt sejjer Nerġa’ Lura fid-dinja, sabiex Noffri r-Rigal Kbir tal-Ħniena tiegħi. Għaliex li kieku kelli Niġi biex Niġġudika daqshekk malajr fid-dinja tagħkom, il-Ġenna tkun vojta daqs kemm hu mifrux id-dnub illum.

Xandru l-Aħbar it-Tajba tiegħi. Fakkruhom li meta jħossu l-imħabba, l-imħabba pura u ġenwina għal xi ħadd, anke jekk tkun biss ħarsa ta’ fuq fuq, jew xi għemil tajjeb li taraw, li Jien inkun hemmhekk Preżenti. Għidulhom li mingħajr l-imħabba, huma se jinxfu u jispiċċaw fix-xejn. Għidulhom li meta Jien Inħares lejhom, huma jkunu għarwenin u mingħajr affarijiet tad-dinja f’Għajnejja. Jiena Nara biss it-tjubija u l-ħażen tagħhom fir-ruħ.

Issa għal dawk l-erwieħ imsejkna u mbeżżgħin, li jħossuhom imbarazzati minn ħajjithom, għidulhom li Jiena dejjem Naħfer, kollni Ħanin u Nilqagħhom f’Dirgħajja miftuħa u mimlija Mħabba. Kull ma għandhom jagħmlu hu li jersqu Lejja u jitolbuni ngħinhom. Jiena qatt mhu se nitbiegħed mill-karbiet tal-midinbin, ikun kemm ikun iswed id-dnub tagħhom. Jiena Naħfer lil dawk kollha li huma verament sogħobiena għal kwalunkwe offiża preċedenti li jkunu wettqu. Qalbhom teħfief u l-Imħabba tiegħi se ġġib id-Dawl lura f’ħajjithom. Jiena sejjer nerġa’ Niġi fil-Glorja uliedi, mhux biex inbeżżagħkom, iżda biex inġibilkom ir-Rigali tiegħi, dawn l-istess Rigali li kienu miċħuda lilkom minħabba l-għemejjel tax-Xitan (Satana).

Ejjew. Baxxu raskom. Warrbu l-mistħija tagħkom fil-ġenb u itolbuni Naħfrilkom issa. Lili xejn ma jixxokkjani uliedi. L-ebda dnub mhu daqshekk gravi li ma jistax jinħafer Minni, dlament li tintwera indiema vera. Araw li ma tittardjawx. Fittxu l-maħfra issa qabel ma jkun tard wisq.


Il-Maħbub tagħkom Ġesù Kristu, 
Il-Feddej tal-Bnedmin


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM