Il-Profeziji Imħabbra Mermezz ta’ Din il-Profeta, Issa Qegħdin Jiżvolġu.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-24 ta’ Awwissu, 2011, fl-4.38 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, kull nazzjon fid-dinja għad irid jistinka biex jaqra l-Messaġġi tiegħi li tajtek. U dan għaliex meta jaraw it-Twissija l-Kbira, huma se jfittxu l-Gwida tiegħi sabiex Jiena Nagħtihom is-saħħa.
Int issa tinsab għajjiena binti, hekk kif it-tbatija tiegħek qegħda tiżdied, imma int issa se tingħata ftit jiem ta' serħan. Dan kollu huwa meħtieġ minnek, għaliex Jiena Għandi Bżonn it-tbatija tiegħek, sabiex tgħinni Nifdi lil dawk in-nies li jinsabu fi dnub terribbli. Ipprova ara l-benefiċċji li t-tbatija tiegħek qegħda ġġib, ħalli mbagħad ġurnata waħda, inti għad tifraħ Miegħi meta tara l-Frott ta’ dan ix-Xogħol.
Imxu ’l quddiem bil-qawwa uliedi, għax hekk kif il-profeziji imħabbra permezz ta’ din il-Profeta issa qegħdin jiżvolġu, hekk ukoll se jissaħħaħ it-twemmin li dan is-sit tal-Internet (website) huwa awtentiku. Araw li titolbu issa uliedi, sabiex intom, l-Armata tiegħi, tkomplu tiżdiedu fin-numru, u tingħaqdu bħala ħaġa waħda flimkien, ħalli tiġġieldu l-battalja spiritwali li tinsab quddiemkom.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu