Il-Konfużjoni Kbira fil-Klima, Issa Sejra Tiġi Esperjenzata Minn Numru ta’ Pajjiżi. Missieri Jinsab Irrabjat.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-25 ta’ Awwissu, 2011, fit-8 pm.
Maħbuba għażiża tiegħi, sejjaħ lill-dawk is-suldati tat-talb kollha tiegħi, sabiex jitolbu għall-oħrajn. Dawn jinkludu dawk in-nies li ma jemmnux Fija u dawk maqbudin fil-vjolenza u l-mibegħda. Huma jinsabu jiġġerrew l-hawn u l-hemm iddisprati, jippruvaw ifitxu l-imħabba u l-paċi f’ħajjithom, imma dawn isibuhom impossibbli. Intom tridu titolbu bis-sħiħ għal dawn l-imsejkna nies, għaliex mingħajr it-talb tagħkom, huma se jintefgħu fin-nar tal-Infern. Qisu li ma tħallux li jiġri dan. Jekk bit-talb, dawn jistgħu biss jiġu mħeġġa jersqu imqar ftit Lejja, u jkunu ppreparati sabiex jisimgħu Kliemi, huma mbagħad se jingħataw il-Grazzji sabiex Jien inkun nista’ Nirċevihom f’Dirgħajja.
Binti, hemm bżonn li d-dinja issa toqgħod ftit bilqiegħda u tismagħni. Dalwaqt in-nies sejrin jaraw sensiela ta’ terremoti u għargħar. Il-konfużjoni kbira fit-temp, se tidher f’għadd ta’ pajjiżi permezz ta’ katastrofi klimatiċi. Dawn huma l-kastigi mibgħuta minn Missieri fuq l-umanità. Id-dnub se jiġi kkastigat binti, u dawk il-pajjiżi li huma ħatja, minħabba li qegħdin jippromwovu l-abort, mhux se jaħarbu minn Id Missieri, hekk kif sejra tinżel bis-saħħa fuqhom. It-talb evita ħafna atti ta’ kastig bħal dawn, iżda l-bniedem irid ikompli jidneb u joffendi lil Missieri b’atti vili u disgustanti mill-bniedem kontra l-bniedem, inklużi l-ulied innoċenti fil-ġuf.
Jien Inħeġġiġkom sabiex issa titolbu għal uliedi f’dawk il-pajjiżi, li mhux se jaħarbu minn dan il-kastig. Missieri jinsab Irrabjat. Issa mhux se jibqa’ lura aktar, Jara lill-bniedem jeqred lill-umanità. Jekk il bniedem ma jitwaqqafx, id-dinja se tinfaqa. Hu, Missieri l-Maħbub, issa se jżomm lura ħafna minn dawn il-kastigi sa wara t-Twissija l-Kbira. Wara dan imbagħad, minkejja l-konverżjoni tan-nies, il-bniedem xorta se jmur lura għad-dnub. Il-kastigi mogħtija huma sabiex juru lill-bniedem kemm jista’ jkun aħrax Missieri. Huwa jħobb lil uliedu kollha, iżda minħabba li Huwa Ħalaq din id-dinja, sempliċement mhux se Jħalli lill-bniedem jeqridha. Qisu li titolbu issa, uliedi, għal ħutkom kollha.
Ġesù Kristu,
Is-Sultan tal-Umanità