Messaġġ lill-Kleru: Tħallux is-Soċjetajiet Sekulari Jagħmuha tal-Buli Magħkom

Is-Sibt, 27 ta’ Awwissu 2011 @ 00:10

Messaġġ lill-Kleru: Tħallux is-Soċjetajiet Sekulari Jagħmuha tal-Buli Magħkom.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Għalliem tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-27 ta’ Awwissu, 2011, f’00.10 am.

Binti, li kieku aktar Qassisin u membri tal-Knisja Nisranija, jiftħu moħħhom u jaċċettaw li huwa Jien, li bħalissa qiegħed Inkellem lid-dinja, permezz ta’ dawn il-Messaġġi, allura Qalbi tkun aktar ħafifa. Huma, s-segwaċi devoti tiegħi, li jinsabu jżommu x-xemgħa tad-dawl, hekk kif qegħdin javvanzaw ’l- quddiem sabiex ixerrdu t-Twissijiet tiegħi mad-dinja, huma qegħdin jinkoraġġixxu lil uliedi jitolbu l-maħfra f’Għajnejja. O kemm inħossni Mnikket, meta Nara kemm dawk il-Qaddejja Sagri tiegħi (is-Saċerdoti) għandom moħhom tant magħluq, huma li jistqarru li jxandru l-Kelma tiegħi u t-Tagħlim tiegħi lid-dinja. Huma jaqsmuli Qalbi minħabba li qalbhom stess tant saret iebsa.

It-Tagħlim tiegħi iħaddan, li r-Rivelazzjonijiet Divini fil-fatt iseħħu tassew, u dawn seħħew sa mill-bidu taż-żminijiet. Għalli jista jkun, dawn in-nies ħasbu li Ommi jew Jiena, ma konniex se nikkomunikaw ma’ wliedi matul is-sekli? Huma jinsabu kuntenti billi jagħtu kas tal-ħafna mesaġġi tal-Qaddisin, li ilhom li ħallew din id-dinja, iżda mhux qegħdin jagħmlu hekk għal dawk tal-lum. Id-differenza bħalissa hija, li l-ebda żmien mhu se jingħatalhom biex ikunu jistgħu jixtarru dawn il-Messaġġi wara l-ġrajja. Għaliex iż-żmien mhux se jibqa’ kif tafuh intom.

Jiena qiegħed Insejjaħ lilkom, Qaddejja Sagri tiegħi u l-Vigarju Mqaddes tiegħi (il-Papa) sabiex taqraw il-Kliem tiegħi lill-umanità issa. Intom qatt qabel ma kellkom bżonn l-Intervent tiegħi fl-avvenimenti tad-dinja bħalissa, daqs kemm għandkom bżonn illum. Ftakru li Jiena Qomt mill-Imwiet u wegħedt li Nerġa’ Niġi. Issa kemm tinsabu ppreparati? Kemm-il darba tfakkru lil uliedi fil-ħtieġa sabiex jitolbu maħfra u jsalvaw lilhom infushom f’Għajnejja? Kemm qegħdin tkunu lesti li tisimgħu d-dnubiet ta’ wliedi meta intom daqshekk impenjati? Mhux qiegħed jingħata ħin għas-smigħ tal-Qrar. Intom Iddiżappuntajtuni Qaddejja Sagri tiegħi, u minħabba f’hekk qegħdin toffenduni bil-bosta. Mhux skużabbli li intom iċċaħħdu lil uliedi d-dritt għas-Sagramenti. Stenbu minn nagħas issa u segwu l-Istruzzjonijiet tiegħi. Araw li tagħmlu dmirkom lejn uliedi, skond il-Wegħdiet Sagri tagħkom. Jekk jogħġobkom, tagħtux dahrkom lit-Tagħlim tiegħi.

Il-fidi, u speċjalment dik tal-maħbubin Qaddejja Sagri tiegħi, issa qegħda tiddgħajjef mhux ħażin. Dan huwa kkawżat mis-saħta tax-Xitan (Satana), li ilu jimxi fostkom għal xi żmien, u li qiegħed jikkawża konfużjoni sħiħa, sew ġewwa u sew barra l-Knisja tiegħi. Qisu li tiftakru dan, Qaddejja Sagri tiegħi: Dan huwa x-Xitan li qiegħed jaħdem. Qatt m’għandkom iċċedu għal fastidji tiegħu sabiex ibiegħedkom mid-dmir taghħom Lejja.

Isimgħuni issa: Agħtu kas it-Twissijiet tiegħi u ħejju l-Merħla tiegħi, sabiex ikunu jistgħu jfittxu l-maħfra għal dnubiethom issa. Iċċaqalqu mela, sabiex il-Knisja tiegħi tkompli tiġġieled għall-Verità tat-Tagħlim tiegħi, u ma tħallux lis-soċjetajiet sekulari jagħmluha tal-buli magħkom, fejn jimbuttawkom f’rokna u jwerwrukom bil-biża’. Għax jekk tagħmlu dan tkunu qegħdin taqgħu għat-tentazzjonijiet tad-Demonju, li bil-gideb tiegħu, diġà qered parti kbira mill-Knisja tiegħi.

Intom il-ħabel tas-salvataġġ tiegħi, Qaddejja Sagri tiegħi, u Jiena għandi Bżonnkom issa, sabiex tgħinuni Nsalva lil uliedi prezzjużi, hekk kif dawn qegħdin jiffaċċjaw it-turmenti li jaqilbulhom moħħhom dwar il-Verità tat-Tagħlim tiegħi u tal-eżistenza ta’ Missieri l-Etern. Qiegħed Insejjħilkom issa, sabiex meta ngħajjtilkom, intom tisimgħuni.

Il- Maħbub Għalliem tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM