Ħafna Erwieħ Qegħdin Jintilfu fl-Infern Minħabba d-Dnub tal-Pornografija

Il-Ħadd, 28 ta’ Awwissu 2011 @ 17:00

Ħafna Erwieħ Qegħdin Jintilfu fl-Infern Minħabba d-Dnub tal-Pornografija.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-28 ta’ Awwissu, 2011, fil-5 pm.


Maħbuba binti l-għażiża, isma’ issa l-Kelma l-aktar Qaddisa tiegħi, hekk kif Jiena ninsab Inwissi lill-umanità dwar l-urġenza li n-nies jittalbu għall-maħfra ta’ dnubiethom lil Missieri. Il-żmien issa huwa qasir ħafna, għaliex it-Twissija l-Kbira dalwaqt tasal.

Araw li qatt ma tħallu għal għada dak li tridu tagħmlu llum. L-indiema ta’ dnubietkom hija kruċjali qabel ma intom titolbu jinħafrulkom dnubietkom. U dan għaliex mingħajr indiema ġenwina, xejn ma jkun jiswa.

Jiena bħalissa qiegħed Nara tant erwieħ suwed fid-dinja tiegħek, binti (nies ħajjin). Ftit baqa’ Dawl, u li kieku inti kellek tara l-fond tal-biża’ li fih waqa’ l-bniedem, tkun ixxukkjata. Miljuni kbar ta’ wliedi qegħdin jintefgħu kuljum fl-abbissi korrotti tad-dnub, fejn huma mbagħad isibuha impossibbli li joħorġu minnu, sakemm intom ma titolbux għalihom. Dawn in-nies huma għomja għall-Verità, u anke li kieku kellhom jintwerew id-Dawl tiegħi issa, huma xorta jitħawdu u jinħbew Minni. Qisu li titolbu għalihom.

Dawk uliedi li huma ħatja ta’ dnub tal-mibegħda, jinsabu kuntenti bil-fatt, li l-imġieba ħażina tagħhom qegħda tierċievi ċ-ċapċip tal-idejn għaliex meqjusa mill-oħrajn bħala divertiment. Il-pornografija issa daħlet f’tant djar madwar id-dinja, permezz tal-kanali tat-televiżjoni, fejn dawn jippreżentaw l-atroċitajiet ħżiena tagħhom bħala divertiment umoristiku u li ma jagħmel l-ebda ħsara. Issa dawn l-istess kanali jirrifjutaw li jsemmu biss Ismi. Il-vjolenza hija wkoll glorifikata, u mhux biss fuq it-televiżjoni, iżda wkoll waqt il-logħob, u b’hekk tiġi tant aċċettata, li n-nies issa jqisu l-vjolenza bħala xi ħaġa naturali.

Id-Demonji tax-Xitan (Satana), meta jidħlu fl-erwieħ, jibdew jimmanifestaw ruħhom fil-ġisem tal-bniedem sabiex l-atti tagħhom isiru viżibbli b’mod ċar mis-segwaċi tiegħi, li jitwerwru bil-biża’ għal dak li jkollhom jaraw. Il-ġisem tal-bniedem, infestat bid-Demonji Sataniċi, jaġixxi b’mod grotesk. Il-movimenti fiżiċi tagħhom ikunu mgħawġa u jimitaw il-messaġġi Sataniċi użati mill-Qarrieqi, sabiex jisseduċu n-nies dgħajfa li jaħsbuha l-istess. L-erwieħ dgħajfa, vojta mill-imħabba għal Alla, jinġibdu lejn dawn id-Demonji u eventwalment jimitawhom fl-għemil tagħhom, sabiex huma wkoll jonoraw lix-Xitan u dak kollu li jirrappreżenta.

Uliedi, kif m’intomx tindunaw kif jaħdem ix-Xitan? Segwaċi tiegħi, intom tridu tgħidu lin-nies li ma jafux, kif jaħdem in-negozju tal-pornografiku. Dan huwa meta x-Xitan jibda jeqred l-erwieħ u jiġbed lill-parteċipanti fin-nar ta’ dejjem. Dawk ħatja ta’ mġiba sesswali devijanti u dawk li jiftaħru bl-atti immorali u oxxeni tagħhom, se jsofru tabatija kbira għall-eternità.

Qisu li issa intom tgħinhom isalvaw uliedi, għaliex dawn in-nies m’għandhom l-ebda idea kif l-impurità immorali tagħhom Lili tant tiddisgustani. Huma jinsabu jgħixu fi dlam ċappa. Ġibuhom Għandi, sabiex id-Dawl tiegħi jkun jista’ jħaddanhom u jsalvahom min-nar tal-Infern. Id-dnubiet tal-ġisem huma ħafna mistmerra Minni. Tant erwieħ qegħdin imutu u jintefgħu fl-Infern minħabba d-dnub tal-pornografija u atti sesswalment devijanti. Araw li tgħidulhom x’se jkun id-destin tagħhom dlament li dawn ma jurux indiema.


Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM