Dawk il-Viżjonarji li Jxandru il-Kelma Vera Tiegħi Sejrin Jitwaqqgħu għaż-Żuffjett

Il-Ħadd, 28 ta’ Awwissu 2011 @ 23:00

Dawk il-Viżjonarji li Jxandru il-Kelma Vera Tiegħi Sejrin Jitwaqqgħu għaż-Żuffjett.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-28 ta’ Awwissu, 2011, fil-11 pm.

Maħbuba binti l-għażiża, ix-Xitan (Satana) u d-Demonji tiegħu issa qegħdin jippruvaw jitturmentawk. Inti trid tirrikonoxxi dan il-fatt, sabiex imbagħad tagħtih dahrek. Qis li ma tirrispondihx jew tinvolvi ruħek miegħu, għaliex meta inti tirrispondi, tkun qegħda tagħti lill-Qarrieqi aktar poter fuqek. Ara li tinjora t-tgħajjir tiegħu u żżommli Jdejja, hekk kif Jien Inkun ħdejk sabiex Nipproteġik minn din il-ħsara.

Għid lis-segwaċi tiegħi, li hekk kif huma jaqbdu l-Kalċi tiegħi u jimmarċjaw 'il quddiem, sabiex ixerrdu l-Verità tar-Ritorn tiegħi fid-dinja, huma wkoll sejrin isofru. Huma se jiġu insulentati, imwaqqgħin għaċ-ċajt u apposta mġiegħla jħossuhom boloh, hekk kif jitkellmu f’Ismi. Qis li tgħidilhom li meta jiġri dan, kwalunkwe dubju li setgħu kellhom fir-rigward tal-Verità ta’ dawn il-Messaġġi, se jisparixxi. Uliedi dejjem kienu jafu, li dawk li jxandru l-Kelma Vera tiegħi, proklamata minn Viżjonarji Ġenwini, huma wkoll se jsofru ż-żuffjett bħalma tagħmel ir-ruħ magħżula Minni, fejn ir-rwol tagħha hu li twassal il-Messaġġi Divini tiegħi lid-dinja. Intom, l-Armata tiegħi, mhux se tkunu differenti. Din se tkun lezzjoni diffiċli għalikom sabiex taċċettawha. Kunu afu, li intom dejjem sejrin issofru f’din il-ħajja meta timxu Miegħi. Kunu afu wkoll, li jkun propju dakinhar meta intom tindunaw li qegħdin iġġorru s-Salib tiegħi. Għax dakinhar biss tkunu kwalifikati sabiex ixxandru l-Kelma tiegħi. L-ebda Profeta, l-ebda Appostlu minn tiegħi, ma qatt sab din it-triq xi waħda faċli. Intom tridu titolbu għas-saħħa li tissaportu dawn il-provi, li se jittestjaw il-fidi tagħkom b’mod estrem.

Meta intom iġġorru s-Salib tiegħi, sabiex ittaffuli t-tagħbija, intom tkunu mgħobbija b’dik il-piż. Jekk intom tafdaw Fija kompletament, mela erħu dirgħajkom f’Idejja, sabiex Jien inżommomlkom, ħalli nagħtikom is-saħħa li għandkom bżonn għal dan il-vjaġġ. Vjaġġ tant mimli xewk, li minn saqajkom jistgħu joħorġulkom id-demm, iżda l-fidi tagħkom se tkun tant qawwija, li ma tkunux tistgħu tgħixu ħajjitkom mingħajr l-Imħabba Pura tiegħi.

Intom uliedi l-maħbuba, intom l-Armata prezzjuża tiegħi. Xi darba aktar 'il quddiem, intom għad timlew il-mogħdijiet tal-Ġenna, taraw għeġubijiet glorjużi, u fejn l-Anġli jkantaw b’tifħir għax-Xogħol li wettaqtu Għalija f’ħajjitkom fuq din l-art. Jiena Nippremja lis-segwaċi devoti kollha tiegħi, għal-lealtà u l-imħabba soda tagħhom Għalija. Intom imberkin, erwieħ magħżula tiegħi, li ngħatajtu d-Don li taraw il-Verità, meta oħrajn sempliċement jagħtuni daharhom.

Ftakru intom, li issa qegħdin tingħataw id-Don tal-Ispirtu s-Santu, u b’riżultat ta’ dan ma tkunux tistgħu tiċħduni. Din it-triq madankollu, sejra tkun mimlija ġebel jaqta’ li jista’ jweġġagħlkom saqajkom, blatiet kbir li se jfixklukom, kif ukoll nies li se joqgħodu jisfidawkom, jimblukkawlkom it-triq, ibeżżgħukom u jheddukom, sabiex terġgħu lura minn fejn ġejtu.


It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (12) Sabiex Nippersistu fit-Triq tal-Mulej meta Ħaddieħor Jipprova Jwaqqafna:
 
Għollu jdejkom bi twissija ġwejda u għidu:
 
Jiena qatt mhu se niċħad it-triq tal-Mulej. U lanqas niċħad l-Eżistenza ta’ Ġesù Kristu, li l-umanità ppruvat teqred, mhux biss waqt it-Tbatija tiegħu fuq is-Salib, iżda wkoll wara. Jiena ħaġa waħda ma’ Ġesù Kristu. Jiena nitkellem f’Ismu. Jien nimxi miegħu. Hu jgħollini biex jien ukoll, bil-mod umli tiegħi, ngħinek biex tiftaħ qalbek għall-Imħabba safja li Hu jżomm f’Qalbu għalik u għalik biss.


Armata prezzjuża tiegħi, qumu intom issa, hekk kif Jiena Mmexxikom tul din it-Triq imħarbta, iżda Divina tiegħi lejn il-Ġenna tal-Art il-Ġdida fid-dinja li qegħda tistennikom. Jekk jogħġobkom, qisu li tkunu ċerti li ġġibu magħkom kemm jista’ jkun minn uliedi li ssibu mxerrdin l-hawn u l-hemm matul it-triq, sabiex aħna lkoll inkunu nistgħu ningħaqdu bħala familja waħda.

Il-Maħbub Ġesù tagħkom,
Feddej u Mexxej tal-Umanità kollha


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM