Alla l-Missier: Idi Sejra Tinżel bis-Saħħa Fuq Dawk il-Pajjiżi li Jillegalizzaw l-Abort

It-Tnejn, 29 ta’ Awwissu 2011 @ 00:05

Alla l-Missier: Idi Sejra Tinżel bis-Saħħa Fuq Dawk il-Pajjiżi li Jillegalizzaw l-Abort.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Missierna fis-Smewwiet, Alla l-Aktar Għoli, lil Marija Ħniena Divina, tad-29 ta’ Awwissu, 2011, f’00.05 am.


Jiena qiegħed Niġi f’Isem Ibni, Ġesù Kristu. Jiena l-Alfa u l-Omega, Alla l-Aktar Għoli. Jiena Nixtieq Nagħti lil uliedi madwar id-dinja kollha dan il-Messaġġ: Jiena bħalissa, qiegħed Inżomm Idi milli tikkastiga lill-bniedem għad-dnubiet tiegħu, minħabba l-qawwa tat-talb. Jiena sejjer Nikkastiga lill-bniedem bil-kbir, jekk mhux se jieqaf mid-dnub tal-qtil tan-nies u tal-abort. Intom uliedi, diġà rajtu r-Rabja tiegħi permezz tat-terremoti, tal-għargħar, tat-tsunamis u tat-taqlib ekoloġiku ieħor. Jena jkolli Nikkastigakom uliedi, għaliex ma tistgħux tevitaw il-kastig minħabba d-delitti tagħkom kontra bnedmin oħra.

Id-dnubiet tal-abort se jiġu kkastigati meta Idi tinżel bis-saħħa, fuq dawk il-pajjiżi li jiskużaw din l-abominazzjoni. Intom mhux se titħallew toqtlu lil dawk tal-Ħolqien tiegħi li ma jistgħux jgħinu lilhom infushom, u jekk il-gvernijiet tagħkom ikomplu jgħaddu liġijiet, li jippermettu din il-prattika tal-beżżiegħa, issa sejrin taraw ir-Rabja tiegħi tinżel b’tant forza, li jkollkom titolbu għall-Ħniena tal-Ħajja. Madankollu, intom lanqas biss qatt tieqfu u taħsbu meta teqirdu l-ħajja tal-istess iben jew bint tagħkom fil-ġuf.

Il-qtil tan-nies mhux se jibqa’ jiġi ttollerat Minni aktar. Intom se titwaqqfu dalwaqt. Itolbu għall-erwieħ ta’ dawn it-tfal ċkjekna, li ma jistgħux jiddefendu lilhom infushom u itolbuni l-Maħfra. Qisu li ma taċċettawx liġijiet bħal dawn, mgħoddija mill-gvernijiet tagħkom, immexxija mill-pagani, li m’għandhom l-ebda rispett lejn il-ħajja.

Il-Kastig tiegħi fuq dawk il-pajjiżi ħatja li llegalizzaw l-abort, se jeqred nazzjonijiet sħaħ mid-dinja. Pajjiżkom se jinqasmu f’biċċiet żgħar u jegħrqu fl-oċean. Il-kliniċi u l-isptarijiet vili tagħkom, fejn twettqu dawn il-prattiki, sejrin jagħlqu, u intom, dawk il-ħatja fostkom, se tintefgħu fin-nar tal-Infern, għad-delitti krudili tagħkom.

Jiena issa Ġejt sabiex Nagħtikom din it-Twissija. Araw li qatt ma taċċettaw l-abort. Qisu li twaqfu lil pajjiżkom, u ikkumbattu, sabiex tevitaw li dan il-ġenoċidju globali, jkompli għaddej. Jekk il-gvernijiet tagħkom ikomplu jikkaġunaw, dan l-att tal-waħx tagħhom fuq il-Ħolqien tiegħi, intom sejrin tingħataw twiddiba kif imiss.

Mela issa araw li tagħtu kas ta’ din it-twissija lir-razza umana kollha, waħda mill-aktar urġenti tiegħi: Eqirdu intom il-ħajja ta’ dawk li għadhom ma twieldux u Jiena Neqred tagħkom. Itolbu bis-sħiħ uliedi, għall-fidi ta’ wliedi kollha fid-dinja, hekk kif huma jkomplu jinjoraw it-Tagħlim mogħti lilkom, sa mill-bidu taż-żmienijiet.


Alla l-Missier


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM