Agħżlu Nies li Tafuhom u Resquhom Quddiem it-Tron ta’ Missieri Sabiex Issalvawhom.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-30 ta’ Awwissu, 2011, fis-2.30 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, Qalbi tinsab miġugħa bid-dwejjaq, meta Jien Inħares lejn l-ulied prezzjużi tiegħi, li mhumiex jindunaw bil-bidliet li ġejjin. Jiena tant Inħobbhom, li Nibki bi swied ta’ qalb kbir, meta Narahom iduru l-hawn u l-hemm, ifittxuni imma ma jsibux kif jistgħu jagħmlu dan. Huma jħossu li hemm xi ħaġa nieqsa f’ħajjithom, imma ma jistgħux jidentifikaw x’inhi. Dik ix-xi ħaġa hija l-imħabba. Jiena Hu l-Imħabba. Jiena dak li huma qegħdin ifittxu, imma ma jafux fejn għandhom ifittxuni. Madankollu, Jiena Ninsab hemm, Wieqaf ħdejhom, nistennihom u nibqa’ nistennihom bil-paċenzja kollha, sabiex iduru Lejja.
Kemm qiegħed jinħela ħin binti. Uliedi jinsabu jfittxu f’kull post żbaljat, qegħdin jfittxu l-kuntentizza u l-paċi li tant jixxennqu għalihom. Imma huma mhux se jsibu dawn, sakemm ma jirrikonoxxux li dan ikun biss possibbli permezz tal-umiltà. Sakemm uliedi ma jindunawx li huma ma jistgħux jeżistu mingħajr l-imħabba għal Missieri, Alla l-Aktar Għoli, huma sejrin imutu vojta minn kull imħabba u paċi f’qalbhom. Jien issa Ġħajjejt binti. Mank li kieku dawk li Lili kienu għalquni barra, issa jduru Lejja. Mank li kieku biss waqfu jfittxu l-poter, il-flus u l-glorja li tipposedi d-dinja, kieku mbagħad ikunu jafu l-Verità.
Jiena Għandi bżonnkom ilkoll, segwaċi tiegħi, sabiex tibqgħu titolbu għall-erwieħ għomja u li jinsabu mitlufa. Araw li qatt ma taqtgħu qalbkom, għaliex it-talb tagħkom se jitressaq quddiem it-Tron ta’ Missieri. Jekk jogħġobkom, għidu din it-Talba li ġejja:
It-Talba Ċkejkna tal-Kruċjata (13) Għall-Erwieħ Għomja u li Huma Mitlufa:
Alla l-Għoli, jien niġi quddiem it-Tron tiegħek din il-ġimgħa biex nitlob għall-erwieħ ta’ ħuti li jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-Eżistenza tiegħek. Inħeġġek biex timlihom bil-Grazzji tiegħek sabiex jiftħu qalbhom, ħalli jisimgħu l-Kelma l-Aktar Imqaddsa tiegħek.
Jekk jogħġobkom agħżlu dawk l-erwieħ li tafuhom u li ma jridux jafu dwar Alla l-Missier, u poġġu isimhom quddiem Missieri. Ir-rigal tat-talb tagħkom sejjer jiġi ppremjat billi huma jsalvaw ruħhom. Morru issa, l-Armata tiegħi, u ippreparaw għall-istadju li jmiss, f’din il-gwerra spiritwali kontra l-Qarrieqi.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu