Kemm Hu Diffiċli li Titilgħu t-Taraġ tal-Ġenna.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tat-3 ta’ Settembru, 2011, fil-11.50 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, oqgħod attenta li ma titqarraqx minn xi illużjoni, għaliex f’dawn l-aħħar jiem, il-Qarrieqi dawwarlek l-attenzjoni tiegħek il-bogħod Minni. Inti skużajt lilek innifsek minħabba li kont impenjata ħafna, imma dan mhux eżatt. Ix-Xitan, tant hu makakk, li apposta jinterrompi kull minuta tal-ħin tiegħek. Matul dawn il-ġranet, inti kont konxja li ma kontx qegħda tiddedika biżżejjed ħin Għalija, hux veru? Inti ħassejtek distratta u mitlufa, biex imbagħad indunajt, li Mingħajri spiċċajt vojta minn ġewwa. Madankollu, għalkemm Jien kont ħdejk il-ħin kollu, Ħallejtek tħossok abbandunata Minni. U dan għaliex Ridtek tesperjenza d-disperazzjoni li jħossu l-erwieħ (nies ħajjin), li Jiena Nwarrab minħabba d-dnub tagħhom. Dan kollu huwa importanti għall-iżvilupp spiritwali tiegħek. Filwaqt li jista’ jidher bla sens, li Jiena Nippermetti dan, huwa parti mit-taħriġ tiegħek lejn il-qdusija li Jiena qiegħed Neħtieġ u Nitlob minnek. Inti binti l-prezjuża, kull tant żmien, sejra tibqa’ tħoss xi forma ta’ abbandun Minni, l-istess kif ukoll iħossu ħafna erwieħ oħra li jinsabu f’din l-istess triq.
It-taraġ għall-perfezzjoni spiritwali huwa twil ħafna. Barra minhekk, l-erwieħ jinżlu tarġa jew tnejn, jew aktar l-isfel, għal kull tarġa li jitilgħu l-fuq Lejja. Jien irrid Nitlobkom binti, sabiex tgħidu lis-segwaċi kollha tiegħi, ħalli jippreparaw bir-reqqa sabiex jitilgħu dan it-taraġ, li huwa essenzjali qabel ma tasal fl-aħħar tarġa ta’ fuq nett. Fil-Messaġġ tiegħi tal-24 ta’ Novembru, 2010, meta Jiena Semmejtlek għall-ewwel darba dan it-taraġ, Jiena Spjegajt, kif xi nies jitilgħu dan it-taraġ malajr wisq. Imma issa tafu, li dan ikun żball. Irridkom tkunu konxji li nkun Jiena li qiegħed Niggwidakom telgħin dan it-taraġ, u il-ħin kollu.
Tfal tiegħi, issa intom tridu titilgħu kull tarġa ta’ dan it-taraġ spiritwali, qabel ma tilħqu l-aħħar tarġiet sal-bieb tal-Ġenna. Qisu li tkunu paċenzjużi. Araw li ma tiddiżappuntawx ruħkom meta taqgħu. Imbagħad, sempliċement erġgħu qumu fuq saqajkom, u komplu telgħin. Uliedi, Jien inkun Inżommilkom idejkom, u jekk intom tħalluni, Nwassalkom sa fuq nett.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu