Il-Verġni Marija: l-Abbandun Bħala Ruħ Vittma.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omma Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tal-4 ta’ Settembru, 2011, fid-9.50 pm.
Nota: Marija Ħniena Divina, irċeviet dan il-Messaġġ wara li talbet ir-Rużarju Mqaddes, u wara apparizzjoni, fejn l-Omm Qaddisa dehret għal perjodu ta’ 20 minuta f’kamra tat-talb privata.
Jiena qegħda Niġi f’Isem Ibni l-Għażiż, Ġesù Kristu. Jiena l-Omm Qaddisa ta’ Alla. Binti, inti tinsab tbati għal Ibni, u Naf li l-ġimgħa li għaddiet, ma kinitx faċli għalik, hekk kif inti kont qegħda tiġġieled il-forzi tal-Ħażen, sabiex tibqa’ leali lejn Ibni l-Għażiż.
Jiena Ġejt għandek illejla, sabiex nipprova nispjegalek x’qed jiġri. Bħala ruħ vittma, inti sejra tesperjenza perjodi ta’ abbandun, meta l-ħsibijiet dwar Ibni, jtiru minn moħħok. Imbagħad, hekk kif inti tipprova tiddedika ħin għat-talb, issib li dan ma tistax tagħmlu. Dan iġagħlek tħossok konfuża u tħoss is-solitudni għan nuqqas tal-Preżenza ta’ Ibni, li tispiċċa b’diqa ta’ qalb kbira. Imma qis li ma tinkwetax, għaliex għalkemm dan kollu huwa diffiċli, din hija forma ta’ tbatija li inti jkollok tesperjenza bħala ruħ vittma.
Jekk jogħġbok, itlob għall-kuraġġ u għall-Grazzji, sabiex taċċetta din il-forma ġdida ta’ tbatija, li sejra tħawdek. Ara li tattendi għall-Quddiesa tiegħek ta’ kuljum, u li tirċievi l-Ewkaristija Mqaddsa, jiġri x’jiġri. Inti sejra titniggeż mill-Qarrieqi, sabiex iddur lura u tieqaf minn dan ix-Xogħol. U iva, dalwaqt u għal darb'oħra, inti sejra tibda tħalli d-dubji jinvadu lir-ruħek. Staqsi lil oħrajn, ħalli issa jitolbu għalik. Għaliex dan ir-rigal tiegħek lil Ibni, qiegħed ikompli jsalva l-erwieħ (nies ħajjin) ma’ kullimkien. Ara li qatt tinsa dan, irrispettivament minn kemm hi diffiċli t-tbatija tiegħek.
Binti, Jiena dejjem se Nikkomunika miegħek meta titlef is-sens tad-direzzjoni tiegħek, għaliex Jiena Ommok l-Għażiża. Jiena dejjem sejra Nkun hawn biex Nipproteġik u Niggwidak lejn Ibni, sabiex ix-Xewqat tiegħu jiġu osservati minnek. Mur fl-imħabba u l-paċi.
Il-Maħbuba Ommok,
Sultana tal-Paċi