Li Tħobb lill-Proxxmu Tiegħek Bħalek Innifsek Huwa Ħafna Aktar Diffiċli Milli Taħsbu.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tal-4 ta’ Settembru, 2011, fl-10 pm.
Binti, dan issa huwa l-waqt, li tisma’ l-Istruzzjonijiet tiegħi, sabiex inti tavża lil uliedi fuq iż-żminijiet li ġejjin, billi tipprepara s-segwaċi kollha tiegħi, dwar il-bżonn li jibqgħu jitolbu kuljum. Huma għandhom ukoll jirċievu l-Ġismi fl-Ewkaristija Mqaddsa u jitolbu għas-salvazzjoni tal-erwieħ (nies ħajjin). Uliedi issa jinsabu jagħtu aktar kas tal-Messaġġi tiegħi, hekk kif qegħdin jinġabru flimkien ħalli jitolbu għal uliedi kollha kuljum, qabel ma sseħħ it-Twissija l-Kbira.
Qis li inti tħares lejn ħutek, subien u bniet, minn Għajnejja, li jarawhom bħala kreazzjonijiet mirakolużi, mogħtija minn Missieri l-Etern, bħala rigal lill-umanità. Kull ruħ, hi min hi, hija maħbuba bl-istess mod. Ma ssir l-ebda differenza f’Għajnejn Missieri.
Jekk intom, is-segwaċi tiegħi tħobbuni, intom tħobbu wkoll lil Missieri. Min-naħa l-oħra, jekk intom ġenwini fl-imħabba tagħkom għal Missieri, intom tħobbu wkoll lil ħutkom subien u bniet. Tridu turu mħabba, speċjalment lejn dawk li jistgħu joffendukom bl-imġieba tagħhom. Xi wħud se jinsulentawkom, jiddieħku bikom u jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni tagħkom, li jista’ jweġġagħkom, sew lilkom u sew lill-familji tagħkom. Dawn in-nies jistgħu jkunu magħrufa minnek personalment, jew jistgħu jweġġgħukom bl-azzjonijiet tagħhom, fejn saħansitra jaffettwaw ħażin, il-ħila tagħkom li tlibsu u titimgħu lill-familja tagħkom. Issa araw li ma jimpurtax kemm in-nies iweġġgħukom, Jiena qiegħed nitlobkom f’Ismi, sabiex tibqgħu mixjin Warajja. Itolbu għalihom, speċjalment għal dawk li jagħmlulkom il-deni. Għaliex meta titolbu għalihom, intom tkunu qegħdin iddgħajfu l-mibegħda li jobżoq minn ħalqu x-Xitan (Satana), mibegħda li tista’ tnissel fikom ħsibijiet ta’ vendetta.
Dan huwa wieħed mill-aktar Tagħlim diffiċli mit-Tagħlim kollu tiegħi: Li tħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek. Huwa ħafna aktar diffiċli milli taħsbu. Meta intom tkunu kapaċi tagħmlu dan l-att ta’ ġenerożità kbira, intom Lili tkunu qegħdin tgħinuni nwettaq il-Pjan tiegħi sabiex Insalva aktar erwieħ.
Il-Maħbub Għalliem u Ħabib tagħkom,
Ġesù Kristu