Il-Verġni Marija: Dejjem Isma’ lil Qalbek

It-Tlieta, 6 ta’ Settembru 2011 @ 20:20

Il-Verġni Marija: Dejjem Isma’ lil Qalbek.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ minn Omma Alla, Omm is-Salvazzjoni, lil Marija Ħniena Divina, tas-6 ta’ Settembru, 2011, fit-8.20 pm.


Jiena Ġejt f’Isem Ibni l-Maħbub, Ġesù Kristu. Jiena Ommok l-Imbierka. Inti binti, qegħda tiġi ppersegwitata. Il-Qarrieqi jinsab jagħmel kull tentattiv possibbli sabiex iqarraq bik. Inti binti, hemm bżonn li tobdi Leħen wieħed biss, u dan huwa l-Leħen ta’ Ibni l-Prezzjuż, Ġesù Kristu. Arma ruħek sew issa binti, għaliex l-attakki fuqek sejrin jiżdiedu, kif ukoll tiżdied it-tbatija tiegħek. Inti, permezz tal-Grazzji li sejra Nagħtik, se tkun tista’ tissaporti dan kollu . Ara issa li twaqqaf il-ħsibijiet beżgħana tiegħek u twarrab id-dubji tiegħek kollha.

Tħallix id-distrazzjonijiet jagħmlu tagħhom, għaliex dawn ġejjin mill-ħidma tal-Qarrieqi. Dawn ma jiġux minn Ibni. Qis li dejjem tisma’ lil qalbek. Imbagħad tkun taf il-Verità. Jien Ommok il-Maħbuba, Inħobbok u allura jekk jogħġbok, ħallini Noffrilek il-Protezzjonijiet kollha tiegħi mid-Demonju. Mur fil-paċi u l-imħabba.


Il-Maħbuba Ommkom,
Omm u Reġina tal-Paċi


Id-Drittijiet tal-Awtur © Ġesù Lill-Umanità, 2021, 2026. Id-drittijiet kollha riżervati.
Logo JTM