Hekk Kif il-Fidi tas-Segwaċi Tiegħi Ssir Aktar b’Saħħitha, Aktar Se Jiżdiedu l-Attakki Fuqhom.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-6 ta’ Settembru, 2011, fit-8.30 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, kemm qegħda tbati Għalija, u kemm issudajt minħabba dan. Il-Protezzjoni tiegħi tinsab dawra mejt madwarek. Qis li ma tibżax. Hekk kif dan ix-Xogħol qed ikompli jikkonverti l-erwieħ (nies ħajjin), hekk ukoll se jiżdiedu l-attakki fuqek mix-Xitan (Satana). Aċċetta dan. Ara li ma tħallihx jinkwetak. Ogħla 'il fuq mill-isfidi, u qis li żżomm għajnejk Fuqi l-ħin kollu. Għaliex meta inti tagħmel hekk, xejn aktar ma jkun jimporta.
L-istess tbatija tiegħek, issa sejra tinħass mis-segwaċi kollha tiegħi, hekk kif l-Ispirtu s-Santu, jkompli bla waqfien jiġbed l-erwieħ ta’ wliedi kollha, minn kullimkien, għaliex hekk kif il-fidi tagħhom Fija tkompli tissaħħah, hekk ukoll se jiżdiedu l-attakki fuqhom minn nies oħrajn. Huma, is-segwaċi tiegħi, se jinnutaw li qed ikollhom jiffaċċjaw argumenti, jirċievu kummenti u reazzjonijiet mhux tas-soltu, u saħansitra abbużi minn dawk li ma jemmnux Fija, u ndunaw li dan se jkun diffiċli għalihom biex jieqfulhom. Jekk jogħġbok għidilhom, li huma għandhom jistennew dan kollu, issa hekk kif qiegħed joqrob iż-żmien tat-Twissija l-Kbira.
Ix-Xitan u d-Demonji tiegħu, għalkemm inviżibbli minn għajnejn il-bniedem, qegħdin jippruvaw jeqirdu l-imħabba fl-erwieħ ta’ wliedi. Huwa jiżra’ n-nuqqas ta’ fiduċja lejn xulxin. Huwa jikkawża argumenti u jħawwel dubji f’wieħed lejn l-ieħor. Ix-Xitan huwa mimli mibegħda lejn l-umanità kollha. Huwa se jikkawża gwerra bejn il-pajjiżi, bejn l-istess ċittadini u ġlied fil-familji. Dawn huma kollha tattiċi favoriti tiegħu u fihom juri l-makakkerija tiegħu. Araw li tagħrfu din il-makakkerija għal dik li hi, jiġifieri, li x-Xitan qiegħed jagħmel xogħlu. Iġġieldulu uliedi, billi tibqgħu sodi. Itolbu lil Ommi l-Għażiża, sabiex tipproteġikom, għaliex Hija Hi l-akbar Avversarju tiegħu. Il-ħakma tax-Xitan tinħall, jekk issejħulha sabiex tgħinkom.
Dawn iż-żminijiet huma ta’ sfida għas-segwaċi kollha tiegħi kullimkien. Kull tentattiv, ġej minn kull tip ta’ nies, jiġifieri, ħbieb, membri tal-familja u kollegi, se jsir permezz tax-xogħol tal-Qarrieqi, sabiex jinkoraġġikom uliedi, halli ttuni dahrkom u titilquni. Qisu li twaqqfuh kif Għedtilkom. It-talb u d-devozzjoni lejn il-Qalb Bla Tebgħa ta’ Ommi l-Imbierka, se jkunu l-armatura tagħkom. Araw li issa tibqgħu sodi. Jiena Inħobbkom ilkoll.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu