Tibżgħux mit-Twissija l-Kbira: Stennewha bil-Ferħ.
Mill-Ktieb tal-Verità. Messaġġ mill-Maħbub Salvatur tagħna Sidna Ġesù Kristu, lil Marija Ħniena Divina, tas-7 ta’ Settembru, 2011, fil-11.45 pm.
Maħbuba binti l-għażiża, għid lil prezzjużi uliedi, li huma m’għandhomx għalfejn jibżgħu mit-Twissija l-Kbira. Ħafna se jħossuhom imbeżżgħin u Jiena dan Nifhmu. Imma issa, huma jridu jisimgħuni sew. Jiena sejjer Niġi għand kull wieħed u waħda minnkom Personalment. Intom sejrin tarawni u tħossuni f’qalbkom u f’ruħkom. Il-Preżenza tiegħi se tfawwar lir-ruħkom bl-akbar Imħabba u Kompassjoni safja, u għalhekk għandkom tkunu ferħanin. Fl-aħħar, intom sejrin tarawni u ruħkom se tkun imgeżwra bl-imħabba u l-eċċitament.
Għall-midinbin, u dawk li ma jemmnux Fija, il-biċċa l-kbira minnhom waqt it-Twissija l-Kbira, sempliċement se jieħdu nifs qawwi u jindunaw li Jiena Neżisti tassew. Għaliex meta huma jaraw il-Preżenza Mqaddsa tiegħi, dan se jkun id-demm meħtieġ għalihom sabiex isostni lir-ruħhom bin-nutriment li kien ilu nieqes minnhom għal ħafna żmien. Ħafna nies, se jsofru t-turment, kif Nissaporti Jiena stess, meta jaraw dnubiethom mifruxin quddiemhom. Waqt li huma jkunu b’qalbhom maqsuma, meta jaraw kif offendewni, huma mbagħad jitolbuni Naħfrilhom.
It-tfal, dawk li jkollhom aktar mill-età tar-raġuni 'l fuq, ukoll sejrin jaraw kif huma joffenduni bid-dnub tagħhom. F’ħafna każijiet, dawk it-tfal li jiċħdu l-Eżistenza tiegħi, għalkemm huma konxji tal-Verità, sejrin jiġu jiġru Għandi. Huma se jitolbuni sabiex inħaddanhom Miegħi u ma jkunux iruduni Nħallihom imorru.
Anke l-aktar midinbin ħarxa, fi żgur li se jiġu affettwati minn din il-ġrajja sopranaturali. Uliedi, intom tridu tinjoraw ix-xnigħat. Araw li tinjoraw l-istejjer li jkunu sensazzjonali. M’hemm xejn minn xiex tibżgħu. Intom jeħtieġ li tistennew it-Twissija l-Kbira b’ferħ safi f’qalbkom.
Jiena ninsab Nistenna dan iż-żmien b’tant Imħabba f’Qalbi, meta sejjer Inxerred il-Ħniena Divina tiegħi fuq kull wieħed u waħda minnkom u kullimkien madwar id-dinja. Dan huwa l-mument, meta intom ta’ din il-ġenerazzjoni, wara tirrealizzaw kemm intom fortunati. Kif tistgħu ma tagħrfux il-Ħniena li se tintwera lill-umanità? Fil-passat, tant erwieħ mietu fi dnub il-mejjet. Issa, il-midinbin kollha, fl-aħħar sejrin jifhmu l-Verità.
Jiena Naf li mhux faċli għal uliedi, li jirrikonoxxu l-Eżistenza tiegħi jew ta’ Missieri l-Etern. Mingħajr provi materjali, ħafna nies ma jridux isiru jafuni. Ħafna m’għandhom l-ebda interess jew twemmin fir-Renju Divin tas-Sema. Din il-ġrajja se tiftħilhom għajnejhom għall-fatt sempliċi, li l-ħajja ma tispiċċax hawn f’din id-dinja. Imma tkompli għall-eternità. Din hija r-raġuni għaliex dawn in-nies iridu jħejju ruħhom.
It-Twissija se turihom x’għandhom jagħmlu sabiex jirranġaw ruħhom. Ftakru uliedi, li Jien is-Salvatur tagħkom. Inħobbkom ilkoll b’mod, li intom, bl-intelliġenza tagħkom, ma tistgħux tifhmuh. Qisu li tistennew il-Wasla tiegħi bl-imħabba u l-kalma fikom. Araw li ma tibżgħux mill-ispettaklu drammatiku fis-sema u l-kuluri tar-raġġi li se jinfirxu kullimkien, sabiex iħabbru l-Wasla tiegħi. Dan l-ispettaklu se jħejjikom għal dak il-mument. Jekk jogħġobkom, itolbu sabiex l-umanità kollha tħoss il-ferħ f’qalbha, għaliex dan l-avveniment se jfisser Salvazzjoni għall-umanità ta’ daqs kbir ħafna, u li se jsalva tant erwieħ billi jippermettilhom jidħlu fil-Ġenna tal-Art il-Ġdida fid-Dinja.
Il-Maħbub Salvatur tagħkom,
Ġesù Kristu